L-orizzont 11/10/07
Il-Parkegg fl-Universita
Byron Camilleri
Daqt jghaddu hmistax mis-sena l-gdida skolastika fl-Universita ta Malta. Normali li tisma l-istudenti bhali li fl-ewwel jiem tas-sena l-gdida ta' hidma, jitkelmu fuq kif ghaddew is-Sajf u x'qed jistennew min din is-sena l-gdida. Biss, hekk kif wasalt l-Universita nhar it-Tnejn l-ewwel tax-xahar, sibt lil kullhadd kelma wahda, l-parkegg!
Kuluri kontra kuluri
Hekk kif iddur daqxejn mal-Universita tinduna li fejn qabel ma kien hemmx kaxxi impingijin fl-art jew xi hafna parkeggi riservati, dis-sena sirna daqxejn ikkuluriti. Kaxxi blu, sofor u bojod. Blu ghall-istudenti, sofor ghall-istaff akkademiku u bojod ghall-istaff amministrattiv. Mal-ewwel daqqa t'ghajn tinduna li hlief ghal xi madwar 25 parkegg, l-kaxxi blu li huma riservati ghall-istudenti huma fl-iktar parkegg il-boghod mill-bini tal-Universita. Dan meta l-istudenti huma dawk li l-iktar li jkollom piz ta' kotba fuq darhom minhabba li fl-Universita m'hemmx 'lockers'. Jekk bhal nghidu ahna, student li jipparkja fil-postijiet riservati u jrid imur in-naha l-ohra tal-Universita bhall-bini tax-xjenza, ghandu mill-inqas ghaxar minuti mixja!

Ftit iktar min 400...Daqshekk hemm spazji ta' parkegg ghall-istudenti... ftit aktar min 400! U dan meta fl-Universita hemm jattendu madwar ghaxar t'elef student. Average ta parkegg ghall-kull tlieta u ghoxrin student! Zgur li dan in-numru huwa zghir wisq. Jekk tmur tipparkja qabel it-tmienja ghandek cans tajjeb li ssib parkegg, biss jekk jaqbzu l-ghaxra, trid tkun altru furtunat jekk issib parkegg ghax ikun hemm kullimkien ippakjat! Ghalkemm hemm min juza s-servizz ta' tal-linja, dan is-servizz xorta ma tantx ihajrek minhabba li jahlilek hafna hin, u jekk tohrog min xi lecture naqra tard, jew tkun go klassi daqxejn il-boghod, u ma tilhaqx tasal sa u ghaxra, jkollok taghmel siegha tistenna biex taqbad tal-linja ohra diretta ghal-lokal tieghek. Issa smajna li dan il-parkegg ghandu jizdied b-mitejn post iehor, li ghalkemm huwa progress, xorta m'humiex bizejjed.
Parkeggi Riservati Vojta
Wara li tkun mahruq ghax tkun ghamilt xi ghoxrin minuta ddur tiprova ssib parkegg, u tispicca tipparkja x'imkien l-Imsida l-boghod mill-Universita, li jkun ghad jonqsok hi li tidhol l-Universita u ssib li hafna parkegg riservat ghall-istaff u lecturers ikun battal. Dan specjalment in-naha tal-grounds u l-entratura tal-pixxina fejn huwa daqxejn il-boghod min fejn isiru l-lezzjonijiet. Dan huwa spazju mohli li zgur seta jintuza hafna u hafna ahjar.U l-Kunsill tal-Istudenti?
Frisk bhal hassa! Qisu aktar sar dak il-kunsill li jqassam id-djarjijiet fil-bidu tas-sena skolastika u jorqanizza xi zewg attivitajiet milli l-vera lehen tal-istudent. KSU maghmul mill-Istudenti Demokristjani Maltin, qed jiftahar li l-parkegg ha jizdied b'200 ohra, tahsbu li dawn huma bizejed? Qed jghidu wkoll li ha jaghmlu studju... allura dan l-istudju ma setax sar fis-Sajf u ma konniex insibu dil-problema kbira ma wiccna issa li diga bdew jinghataw il-lezzjonijiet?

No comments:
Post a Comment