L-orizzont 13/12/07
X’qed jigri?
Minn Byron Camilleri – Ufficjal Relazzjonijiet Pubblici GWU Youths
Minhabba li bhala GWU Youths ghandna numru sostanzjali ta’ membri li huma studenti, wara li nbidel l-istatut ftit tax-xhur ilu, inhossni obligat li nikteb dwar certu affarijiet li dehru dan l-ahhar fuq il-media li jikkoncernaw l-istudenti.
L-eks Ufficju tal-SDM
Fuq il-gazzetti gew ippublikati ritratti li ttiehdu mill-eks ufficju tal-SDM gewwa l-Universita fi stat tal-misthija. Allegatament fuq il-hjut ta dan l-eks ufficju instabu graffiti b’kitba bhal “Vote SDM” u “SDM The Best”, kif ukoll plakkek tal-elektriku u tat-telefon imkissrin u hafna hmieg iehor. Dawn ir-ritratti jikkuntrastaw bil-kbir ma dak li qal il-Ministru tal-Edukazjoni Louis Galea fil-parlament fejn qal li kien infurmat mill-Kunsill tal-istudenti (KSU) li ma kien hemm ebda hsara.
Rebha ghall-Pulse fil-Junior College
Bhala membru tal-ezekuttiv tal-GWU Youths, nixtieq li ma shabi l-ohra tat-tim nifrah lill-ghqda Pulse ghar-rebha kbira gewwa l-Junior College. Bhal ma hawn min ihobb jghid, xejn ma jigri b’kumbinazjoni, u hekk hu. Pulse urew li verament kien jinteressahom mill-istudenti u minghajr ebda ‘gimmicks’ ta’ qabel l-elezzjoni, sincerita u b’tim li lest li jahdem favur l-istudent, rebhu l-hames elezzzjoni fl-istorja taghhom min total ta disgha kkontestati fil-Junior College.
L-istat tal-biki fl-ufficju tal-KSJC
Hekk kif is-sebgha kunsilliera godda tal-Kunsill Studenti Junior College fethu l-ufficju min fejn kienu se jibdew il-hidma taghhom sabu sorpriza. Allegatament go dan l-ufficju kien hemm graffiti mal-hitan, kitba fuq l-ghamara, tkissir u hafna hmieg iehor hekk kif jichdu certu ritratti li dehru fuq il-media. Minbarra hekk, ma nstabu l-ebda dokumenti jew minuti min tal-kunsill ta qabel.
Dan kollu zgur li huwa tal-misthija ghall-istess ghaqda li kandidati eletti f’isimha, fostom eks-president, qed imexxu l-KSU. Li huwa zgur hu, li l-istudent jixraqlu hafna ahjar u ghalhekk ghandu jahsiba sew qabel ma jkollu jerga jitfa l-vot tieghu biex jeleggi t-tim li jirraprezentah, bl-elezzjoni li jmiss hija dik tal-KSU.
byrinu@gmail.com
No comments:
Post a Comment