Byron Camilleri – Ufficjal Relazzjonijiet Pubblici – GWU Youths
L-ahhar budget ghal din il-legislazzjoni gie prezentat ftit tal-gimghat ilu, u m’iniex behsiebni nidhol fil-kwistjoni jekk kienx budget tajjeb jew le. Zgur li dan il-budget ha jibqa maghruf mhux ghax ha jkun l-ahhar wiehed qabel l-elezzjoni, jew ghax kien hemm il-famuza lira u nofs zieda tal-gholi tal-hajja, izda ghall-ammont kbir ta pubblicita li nghata mill-Gvern.
Min ftit gimghat qabel kellu jigi pprezentat il-budget ghas snin 2007 u 2008, saret pubblicita kbira fuq il-mezzi tax-xandir, biex in-nies jaghtu l-opinjoni taghhom. Ma nara xej hazin f’hekk. L-unika hsieb li ghaddieli kien li dawn il-promozjonijeit damu ghaddejin sa anka tliet ijiem qabel kellu jigi ipprezentat il-budget, u kien ikun daqxejn impossibli biex jitbiddel dak li kien qed jigi propost fl-ahhar jumejn jew tlieta, meta fuq dawn il-proposti ried ikun hemm studju u wara jigi deciz jekk jigux accettati jew le.
Min ftit jiem wara li gie ipprezentat il-budget, kullimkien riklami! Fil-gazzetti, televizjoni, radju, bill boards, fuq l-internet fejn anka nholqot website u ma kull fejn sabu post... riklami favur il budget. Is-slogan ‘familji fis-sod’ u l-website tal-budget zgur li dahlu fuq fomm kullhadd.
Il-pubblicita tant kinet eccessiva, li go Wied il-Ghajn, faccata tar-Razzett tal-Hbiberija tpoggew zewg bill boards fuq il-budget li jekk hemm ghaxar metri boghod min wahda ghall-ohra, biex jekk tiskappalek wahda, tilhaq tara l-ohra andikun. Riklami fuq it-televizjoni, radju u gazzetta ghadom hergin sa din il-gimgha stess, meta l-budget ilu daqxejn li ghadda. Ma kont nara xejn hazin kieku din il-pubblicita kolla kienet iffinanzjata mill-partit Nazzjonalista. Biss din il-pubblicita giet ifinanzjata mill-Gvern, li jfisser li ghal din il-pubblicita, li fl-opinjoni tieghi hija eccessiva, qed inhalsu ghaliha kull wiehed u wahda minna li nhallsu t-taxxi.
Mistoqsija wahda mill-hafna li staqsejt lili nnifsi fadalli mhux imwiegba, u jekk xi hadd iwegibni, niehu pjacir hafna. Allura jekk dan il-budget tajnih daqshekk pubblicita ghax kien wiehed ‘tajjeb’, l-ohrajn li gew prezentati minnhekk stess, Sur Prim Ministru u ma tajtuhomx daqshekk pubblicita, jfisser li kienu hziena?
byrinu@gmail.com
No comments:
Post a Comment