Grajjiet Kurrenti - l-orizzont 11/02/2009
Minn Byron Camilleri
Dan il-pajjiz jimmarveljani ghax fih verament kollox hu possibli. Kwazi kwazi sirt naqbel ma Dr.Gonzi u nemmen li flimkien kollox possibli. Dazgur ma jistax ikun li l-affarjiet ma jkunux saru ‘flimkien’, mela bniedem wahdu kapaci jaghmel daqshekk zbalji f’qasir zmien?
State of the Art (Not)
Ma kontx naf kellix nibki jew inkella nidhaq meta nisma lis-Segretarju Parlamentari ghas-sahha Joseph Cassar, fil-kazin Nazzjonalista ta’ Rahal Gdid iheggeg lill-familjari tal-pazzjenti sabiex wara xi operazjoni, jiehdu lill-familjari taghhom id-dar u jkomplu jihdu hsiebhom huma minflok jiehdu hsiebhom in-nurses
u t-tobba fl-isptar. Jahasra, imma japrezza li din tinvolvi sagrificji kbar bhall-nghidu ahna jittiehed il-leave mix-xoghol, izda hekk ikun ifisser li tkun qed tillibera sodda ghal haddiehor.Jaf is-Segretarju Parlamentari li dak l-isptar sewa lill-poplu Malti madwar 700 miljun Ewro? Jaf li l-Partit tieghu zied il-VAT min 15% ghal 18% bl-iskuza li jridu li s-sahha tibqa b’xejn f’pajjizna? Jaf kemm ftahru qabel l-elezjoni li ghandna sptar state of the art? X’tiswa s-sbuhija meta s-servizz huwa kwazi ghar min dak li kien hemm fl-isptar San Luqa? Imma l-aqwa li qabel l-elezjoni imlejna kullimkien bill-billboards tal- “Miftuh. Dhalt?”, hadna n-nies ghall-coffee mornings fil-Mater Dei u serva tajjeb bhala ghodda politika.
Kemm tmejlu bihom lil tal-Partit Laburista meta kienu jghidu li mhux ser ikun hemm sodod bizejed, u llum ghandna lista ta’ nies li ma tispicca qatt fil-waiting list. Il-poplu Malti ma huwiex igawdi is-servizz tas-sahha b’xejn, pero qieghed jigi ittorturat sabiex ikollu s-sahha b’xejn. Trid tkun kapaci tistaporti b’deterrent fuq sahtek, sabiex ikollok is-servizz tas-sahha b’xejn.
Speed Cameras
Milli jidher qed ihallu lira tajba l-ispeed cameras ghax issa gie deciz li Malta ssir Big Brother style. Smajna li f’din id-daqxejn ta’ gzira daqs naqra, ha jitwahhlu sitta ohra. Mhux hekk biss, izda biex ikunu zguri li c-citazzjonijiet jibdew hergin bhall-pastizzi, naqsu l-ispeed limit f’uhud min dawn it-toroq. Jista xi hadd jispjegali ghal liema raguni ohra hlief biex il-Gvern idahhal il-flus mic-citazzjonijiet, it-triq ta’ quddiem il-Mater Dei, wahda mill-unici toroq dritti (u bla hofor) u li ma jaqsmux nies minna, f’pajjizna giet b’limit ta’ 60km/h?
Il-Katidral ta’ San Gwann
Issa gie deciz li nhallu l-Fondazzjoni tal-Katidral ta’ San Gwann thaffer barriera ta’ erbgha sulari taht l-art f’nofs il-Belt sabiex taghmel muzew! Bhal li kieku ma hemmx binijiet storici fil-Belt stess u barra mill-Belt li kapaci jaghmlu uzu ahjar min 16 il-miljun Ewro.

Dan il-progett ikun ifisser li wara li fl-ahhar snin sar il-pavimentar u xi xoghol iehor fil-Belt Valletta, issa min fuq dan il-pavimentar ser ikunu qed jghaddu min fuqu trakkijiet kbar tal-gebel li jistghu jikkawzaw kull hsara mhux mehtiega. Wara kollox aktar minn sentejn ilu, Joe Magro Conti, Kap tal-Integrated Heritage Management Unit tal-MEPA, kien diga wera t-thassib tieghu dwar l-impatti negattivi li l-progett tal-muzew tal-Kon-Kattidral u semma’ b’mod partikolari ir-riskju car ghall-istruttura tal-Kattidral bix-xoghol ta’ skavar vicin; il-precedent ghal talbiet simili fl-inhawi; u wkoll ir-riskju ta’ hsarat ghal siti storici u arkeologici fejn isir l-iskavar. Izda bhas-soltu, l-appel tieghu waqa fuq widnejn torox.
Nisperaw li fl-ahhar mill-ahhar is-sens komun jerbah f’din il-kwistjoni u l-Gvern ma jkomplix iwebbes rasu.
byroncamilleri@gmail.com
No comments:
Post a Comment