L-Ufficju tal-Istipendji u l-Parkegg fl-Universita
Byron Camilleri, Ufficjal Relazzjonijiet Publici, GWU YOUTHS
L-Ufficju tal-Istipendji
Min meta ghaddew il-vaganzi tal-Milied u l-istudenti dahlu lura ghall-lezzjonijiet l-Universita, kulhadd seta jinnota corma nies jsitennew wara l-bieb tal-istipendji. Dan wara li diga suppost irceevew tlett stipendji. Meta stqasejt daxejn sirt naf li hemm numru ta studenti li jew ma rcivew xejn, jew ma rcivewx l-istipendju kollu, kif ukoll baqghu minghajr l-‘smart card’.
Il-problema skond il-ministru tal-edukazzjoni meta wiegeb mistoqsija parlementari ta Dr. Justyne Caruana hija li hemm nuqqas ta haddiema. Dan l-ufficju fl-ahhar snin kien qed jahdem bi tlett haddiema, u issa wahda irtirat u l-ohra harget fuq ‘long leave’ minhabba li zzewget. Problema ohra li semma l-Ministru hi li t-tezorier tal-gvern, qed jaghtu inqas zmien lill-entitajiet tal-gvern minhabba d-dhul tal-ewro, u xi karti li kellom jintbaghtu mill-ufficju tal-istipendji ma waslux fil-hin.
In-nuqqas ta’ haddiema wassal biex hafna xoghol ta karti jibqghu lura, u l-istudenti jibqghu minghajr dak li hu dovut lilhom. Fost dawn, hem dawk l-istudenti li applikaw ghal stipendju supplimentari minhabba li l-familja taghhom tkun f’certu problemi finanzjarji, fejn dawn l-istudenti huma dawk li l-iktar li ghandom bzonn dawn il-flus, biex jiddependu inqas fuq il-familja taghhom. Possibli l-Universita ma kinietx kapaci ssib imqar haddiem wiehed biex jghin fl-ufficju tal-istipendji minflok thalli l-piz kollu fuq persuna wahda, li jekk tiehu ‘leave’ jew ‘sick’ l–istudenti jispiccaw bl-ufficju tal-istipendji maghluq?
Il-Parkegg
Donnu li l-media f’Malta u kif ukoll l-istudenti ma tantx ghadom qed isemmu din il-problema kbira. Tal-KSU hargu jiftahru li irnexxilom jilhqu qbil mal-Amministrazzjoni tal-Universita, u li jsir kif riedu huma. Huwa veru li zdiedu ftit parkeggi lill-istudenti mad-dawra ta barra tal-Universita, izda huwa vera wkoll li dawn huma hafna l-boghod min bizejjed.
Jekk tasal l-Universita qabel id-disgha ma ghandekx issibx problemi, biss dawk li jkollom xi lezzjoni fl-ghaxra, ghandek mill-inqas xi ghoxrin minuta ddur u taqghad. L-unika tama li ssib post vojt fejn tipparkja hija li ssib xi hadd li kellu lezzjoni fid-disgha u jkun hiereg. Dan ikun ifisser li inti ha tpparkja bejn wihed u iehor fl-ghaxra u ghaxra, u ha tidhol ghall-lezzjoni madwar l-ghaxra u kwart (dejjem jekk ihalluk tidhol). L-iktar haga li tara vili int u sejjer tigri ghall-lezzjoni, hija li tara hafna kaxxi bojod u sofor ta’parkegg riservati ghall-haddiema u lecturers li jibqghu vojta l-gurnata kolla.
Byrinu@gmail.com
No comments:
Post a Comment