Flus il-poplu ghall-politika partigjana
Byron Camilleri, PRO GWU Youths
Hekk kif qedin go nofs kampanja eletorali kull wiehed wahda minnha qed ikun espost ghal hafna tip ta’ messaggi mill-partiti politici f’diversi forom; bill boards, riklami fuq it-televizjoni, riklami fuq ir-radju, fuq l-internet, bus shelters, u kull fejn isibu post. Ma nara xejn hazin la darba dawn ir-riklami qed ikunu iffinanzjati mill-finanzi tal-partiti.
Li qieghed nara daqxejn stramba hi li qalb dawn il-hafna messaggi u riklami politici, dan l-ahhar ftit xhur, tista tghid kemm ila li bdiet il-kampanja elettorali, qeghdin naraw u nircievu riklami iffinanzjati mill-gvern hafna iktar mis-soltu. Riklami u forom ohra ta messaggi politici li kultant ikun mohbi, u li huma mhallsin mit-taxxi ta kull wiehed u wahda minnha. Ghadni nftakar meta gie f’idejja magazin mibghut mill-gvern fuq l-isptar Mater Dei. Ma nara xejn hazin li jintbaght ktieb ta informazjoni dwar kif jahdem l-isptar, min fejn ghandek tghaddi ghal dipartimenti diversi etc... Il-bicca hi li minflok ircivejna informazjni dwar kif tuza l-isptar, li tqassam wiehed dan l-ahhar, minflok intbaght magazin ta madwar hamsin pagna lil kull dar f’Malta u Ghawdex b’ritratti kbar u tal-kulur ta’ kif inhu l-isptar min gewwa, il-makni l-godda u hafna affarjiet ohra li hemm f’dan l-istate of the art (li allahares ma kienx hekk), li dam jinebna tmintax il-sena u ntefqu l-miljuni tal-liri. Dan minbarra l-hafna riklami fuq it-televizjoni u r-radju.
Imbad kelna l-bagit, l-ahar wiehed ghal din il-legislatura. Tant faqghuna bir-riklami fuq il-bagit li qisek tahseb li dan kien l-uniku bagit tajjeb li qatt kellu pajjizna (inkluz it-tlieta l-ohra ta gonzipn). Il-website budget2008.com.mt ma stajtx ma tkunx tallimta. Riklami kontra riklami fuq it-televizjoni, radjijiet, gazetti u billboards. Ghadni niftakar nara zewg bill boards fuq il-budget, faccata tar-razzett tal-hbiberija, mitt metru biss boghod min xulxin. Inhalli lil min qed jaqra dan l-artiklu jiggudika jekk din hijiex hela jew le. U dan ma kienx bizejed ghax wara xi zmien ergajna bdejna bl-istess website biex tkun taf kif laqtek il-budget, billi ddahal in-numru tal-id card (nofsom skaduti).
U issa hekk kif vera qeghdin qrib tal-elezzjoni generali, qedin nircievu magazins fid-djar taghna fostom dwar x’ghamel il-gvern fuq l-edukazjoni u kemm bena kulleggi sbieh statikament. Li nsew jiktbu fil-magazin huwa kemm tfal ihallu l-iskola minghajr ma laqqas biss jafu jiktbu u jaqraw, u kemm qedin lura ikkumparati ma pajjizi ohrajn tal-Unjoni Ewropeja. Nahseb insewa, kemm ha jiflah il-mohh ux! Riklami ohrajn dwar kemm ahna Smart ghax ahna gejjin min Smart Isand, u kemm sirna poplu teknologiku ghax issa ha jkun hawn Smart City. Tibzax Sur Ministru responsabli, ili naf li jien Smart.
byrinu@gmail.com
No comments:
Post a Comment