Tuesday, August 12, 2008

Il-Kaz Joanne Cassar

Bhala membru fil-moviment taz-zghazagh ma nistax ma nitkellimx fuq is-stwazzjoni ta zghazugha bhalna li bhalissa ghaddeja f’battalja ghad-drittijiet taghha. Joanne Cassar twildet f’gisem li mhux taghha, u wara minjaf kemm batiet sabiex waslet fejn waslet, sabet l-awtoritajiet izebilhu biha. Il-qorti ghal bidu tghidila li hija mara, u d-direttur tar-registru pubbliku jitrattaha mod iehor.

Joanne Cassar li illum għandha 26 sena twieldet bħala raġel. Hija għamlet operazzjoni kirurġika magħrufa bħala ‘gender reassignment’ u dan biex teħles mill-kunflitti dwar il-personalitajiet tagħha u tkun tista tghix komda f’gisem li tista ssejahlu taghha. Permezz ta’ din l-operazzjoni, Joanne Cassar assumiet is-sess femminili b’mod irriversabbli u permess ta kawza l-Qorti hija bidlet isimha min Joseph ghal Joanne kemm fuq ic-certifikat tat-twelid, kif ukoll fuq il-karta tal-identita.

Bhal kull mara ohra l-holma ta Joanne kienet li tizzeweg lill-mahbub taghha fejn il-ligi Maltija tghid li ragel wiehed jista jizzeweg mara wahda. Izda meta dawn applikaw biex jizzewgu, id-direttur tar-Registru Pubbliku qal li persuna transeswali ma tikwalifikax biex tizzeweg minhabba li l-operazjoni hija wahda kosmetika, u minkejja li l-qorti iddikjarat li z-zwieg bejn il-koppja ma jmurx kontra kapitlu255, id-Direttur tar-Registru Pubbliku baqa jinsisti l-kontra. Il-Qorti Civili imbaghd iddeciiet li persuna transeswali ma tistax titqies bhala mara.

Il-mistoqsija tqum wahida. Ghalxiex Joanne imbidlila l-istatus sesswali taghha min fuq il-karta tal-identita u sahansitra min fuq ic-certifikat tat-twelid, meta mbaghd m’hijiex qieghda tigi trattata ta mara bhall-ohrajn? Allura l-bidla kienet biss wahda ta apparenza? Jifhmu l-awtoritajiet li wara Joanne Cassar hemm persuna li qieghda tiggieled ghad-drittijiet taghha? Li qieghda jkolla turi l-istorja kolla ta hajjita mal-pajjiz kollu permezz tal midja sabiex tiprova tasal ghal ghan ahhieri taghha li s’issa ghada ma lahqietx?

Joanne Cassar m’huwiex kaz uniku. Wiehed ma jistax ma jammirax lil din it-tfajla li kella l-kuragg titkellem fuq is-sitwazjoni taghha li hafna ohrajn bhala, forsi jisthu jghidu li huma transesswali ahseb u ara kemm jisfidaw lill-awtoritajiet u jiggieldu ghad-drittijiet taghhom. Joanne Cassar minbarra l-krucjata ghad-dritt taz-zwieg taghha mal-mahbub taghha, qajmet ukoll kuxjenza mal-poplu Malti dwar nies fl-istess sitwazjoni bhala. Il-poplu sar jaf li dawn is-sitwazzjonijiet ma nisimghux bihom biss fuq l-istazzjonijiet televizivi barranin, izda dawn huma nies bhalna li jisthoqilhom kull ghajnuna u accetazjoni. Nies li kull ma jridu huwa li jigu accetati bhala dawk li huma jafu li huma. Imbilli persuna tghidila li hija mara izda ma ttijiex id-drittijiet ta’ mara, mhux tghina tkun qieghed izda titmellah biha, daqs li kieku biex issoddila halqa. Mara titqies biss bhala mara, meta ttiha id-drittijiet kollha taghha.

byroncamilleri@gmail.com

No comments: