Alfred Sant
Minn Byron Camilleri, Ufficjal Relazzjonijiet Publici, GWU Youths
Fil-bibbja hemm miktub li l-ebda profeta mhu accetat f’pajjizu stess, u hemm ukol min jghid li persuna tigi irrikonexxuta wara li tispicca l-karriera taghha jew mewta. Ir-rizenja ta’ Alfred Sant min kap tal-partit Laburista kienet inevitabli. Ikkontesta erbgha elezjonijiet generali, rebah l-ewwel wahda, waqqawh, u tielef it-tlieta ta wara.
Meta waqa l-gvern ta’ Alfred Sant fl-1998, kelli biss ghaxar snin u allura ma tantx niftakar. Pero min dak li qrajt nahseb li kapaci naghmel il-hsibijiet tieghi. Nemmen Alfred Sant gab stil gdid ta’ politika ghal Malta. Naddaf il-partit Laburista mill-vandalizmu u prova jnehhi l-hazin u jibni fuq it-tajjeb tal-partit tieghu. U ta dan hallas qares. Ried li l-poplu Malti jitqies bhala poplu wiehed u mhux maqsum bejn il-Laburisti u n-Nazzjonalisti. Biss dan il-livell ta maturita li ried juri, billi ried li f’Malta jkun hawn kontinwinita meta jinbidel il-gvern u mhux jinbidlu l-kapijiet tal-entitajiet publici kolla minhabba li dawn huma ta fehma politika differenti, ma hadmitx ghax il-poplu ma rricikropax din il-maturita lura.
Kien revolizjonarju, ried li ikun hemm stil gdid ta’ kif jasal il-messagg politiku ghand in-nies. Daqshekk diskors politiku min fuq it-trakkijiet, u hafna ghajat fit-toroq ghalxejn. Waqqaf l-istazzjon tar-radju u t-televizjoni tal-partit Laburista fejn il-messag seta jasal b’mod aktar car u iktar civili. Bena l-kwartieri Generali tal-Partit Laburista u ta l-partit tieghu wicc gdid. Baqa sal-ahhar tal-karriera maghruf ghall-onesta u l-integrita tieghu, fejn anka min qabel l-elezjoni ghajru u akkuzah li qed jitfa t-tajn, illum hafna aktar nies qed ituh ragun wara li bil-mod il-mod qed tohrog il-verita.
Ghalija personali, l-personalita ta’ Alfred Sant kienet misteru. Kont u ghadni nahseb li l-problema tieghu kienet li ghalkemm huwa bniedem ta intelletwalita kbira, kien isiba bi tqila biex jikkomuinika mac-cittadin komuni. Fattur li zgur li ma ghenu xejn matul il-hajja politika tieghu kinet li kontinwament l-avversarji politici tieghu ghamlu kampanja personali kontrih billi pruvaw inaqsulu l-kredibilita tieghu u jpenguh daqs li kieku kien xi monstru tas-snin tmenin. Li huwa zgur hu li ghalkemm irnexillu jbiddel u jaqbleb tat taht fuq il-hsieb tan-nies fuq il-partit Laburista, il-percezzjoni tan-nies fuqu ma biddila qatt. Nahseb li ta wisq hin lill-partit u nesa lilu nnifsu. Ghaggibni bil-kuragg u d-determinazjoni li wera meta ghadda min operazjoni magguri bhal dik, u ftit tal-gimghat wara kien qed jigri u jithabat il-gurnata kollha fil-genn tal-kampanja elettorali. Li zgur gabet l-istmerrija ta’ hafna kienet kif l-avversarji tieghu laqqas f’dan il-mument difficli ma tawh tikka brejk, izda baqghu ghaddejin bl-attakki personali fl-ahbarijiet taghhom.
Biss, issa ghalxejn inkomplu nitkellmu fuq Dr.Aldred Sant, u l-unika haga li nistghu nghidulu hi “Grazzi” tas-servizz tieghu lejn pajjizu, u talli baqa onest sa l-ahhar, mhux jghawweg u jigdeb l-aqwa li jkun fil-poter.
byroncamilleri@gmail.com
No comments:
Post a Comment