Id-differenza li ġabet il-MOVE hi li ħadet l-inizjattiva u fittxet il-fehmiet tal-istudenti u ħeġġet lill-istudenti biex jiddiskutu l-ideat tagħhom. Minbarra hekk, dawret il-ħajja tas-rtikli, kull ġimgħa.
soċjetà ma’ dik tal-istudenti u ġabet lis-soċjetà tiddiskuti kwistjonijiet li jqajmu l-istudenti.
Fejn kienu dawk li suppost wasslu l-messaġġi tal-istudenti fl-aħħar snin? Possibbli l-istudenti kienu kapaċi biss biex iwasslu leħi
nhom fuq parkeġġ ta’ karozza? Lanqas meta l-istudenti kienu fir-riskju li ma jagħmlux l-eżamijiet ta’ Jannar, il-Kunsill Studenti Universitarji (KSU) u l-għaqdiet kollha miegħu ma rnexxilhomx jattiraw studenti, daqs kemm attirat l-għaqda MOVE fil-‘launch’ u l-ewwel dibattitu tagħha.Kien ikun aktar faċli li kieku l-MOVE ikkopjat il-mod ta’ kif twassal il-messaġġ tagħha u għamlet bħalma jagħmlu l-organizzazzjonijiet konservattivi fl-Università. Kienet tkun aktar faċli għalina li noħorġu stqarrija bl-opinjonijiet tagħna u nimlew il-gazzetti kollha b’ittri lill-Editur, biex nesprimu l-opinjoni tagħna u fl-istess ħin nippro-vaw niġġeneralizzaw l-opinjoni tal-istudenti. Daqslikieku l-opinjoni tal-istudenti hi dik ta’ dawk it-tużżana studenti li jaħdmu fid-diversi organizzaz-zjonijiet li hemm fl-Università. Konna nipprovaw nagħtu x’ji-fhem li l-istudenti kollha huma ta’ din il-fehma. Iżda MOVE hi ferm serja minn hekk.
Fl-ewwel dibattitu mtella’ mill-għaqda MOVE ħadu sehem rappreżentanti mill-MMSA (Malta Medical Students’ Assoċiation), l-MKSU (il-Moviment Kattoliku Studenti Uni-versitarji, il-Fakultà tat-Teolo-ġij
a u mill-MOVE, u ġiet diskussa l-ħajja sesswali b’saħħitha u jekk għandux ikun hemm l-introduzzjoni ta’ magna tal-kondoms fl-Università. Minn stħarriġ li kkumissjonat il-MOVE ħareġ li 70.6% tal-istudenti jaħsbu li magna tal-kondoms għandha tigi introdotta, u kienu biss 18.2% li wiegbu fin-negattiv.L-aktar ħaġa li ssorprendiet lil kulħadd f’dan id-dibattitu kienet kif Fr Ray Zammit, li ġej mill-Fakultà tat-Teoloġija, beda jħallat dak li hu morali ma’ dak li hu illegali. Possibbli jaħseb li s’hawnekk tasal l-intelliġenza u l-maturità tal-istudenti?
Fr Zammit qabbel l-użu tal-kondom ma’ att ta’ pedofelija u mat-teħid tal-eroina. B’kull rispett lejn il-persuna, però niskanta kif dan l-estremista reliġ-już li mhuwiex kapaċi joħroġ id-differenza bejn dak li hu legali u dak li hu morali, jitħalla jkompli jgħallem fl-Università u wisq aktar, jitħalla mill-Kurja ta’ Malta, jitkellem f’isimha u mingħajr ma jiġi kkundannat fuq dak li qal.
Fi stqarrija tal-MKSU, Għaqda Studenti tat-Teoloġija u l-Kappillan taċ-Chaiplancy fl-Università, talbu li “l-maturità tal-istudent għandha tiġi ris-pettata”. Allura meta fi kliem Fr Zammit dawk iż-żgħazagħ li lesti jużaw il-kondoms, huma bħall-pedofeli u persuni li jagħ-mlu użu mid-drogi, min mhuwiex jirrispetta l-maturità tal-istudenti? Possibbli lesti naqgħu daqshekk fil-baxx, u nittrattaw lill-istudenti ta’ idjoti biex inwasslu l-messaġġ tagħna?
Ma nistax nifhem l-insistenza tal-MKSU u l-Kattoliċi fl-Università, li jimponu fuq kulħadd u jgħidu le għal tqassim u magna tal-kondoms fuq il-kampus. Wara kollox għandha tkun l-għażla tal-persuna tiddeċiedi tixtrix jew le. Jien Kattoliku ukoll, però nemmen li m’għan-dix nimponi fuq ħaddieħor il-valuri u l-morali tiegħi ladarba l-azzjonijiet tal-persuna l-oħra ma jkunux ultra vires.
Id-diskors tal-MKSU u Fr Ray Zammit kien li l-persuna għandha tastjeni u għalhekk m’għandniex nippromovu s-sess bi tqassim u aċċessibbiltà tal-kondoms fl-Università. Il-problema hi, li f’dinja perfetta d-diskors tagħhom jagħmel sens, però r-realtà taż-żgħażagħ hi differenti. Għalhekk, għandna naċċettaw din ir-realtà u minflok nikkundannaw l-għaż-la u d-deċiżjonijiet tal-persuni, ngħinu, ngħallmu u nħeġġu ħajja sesswali aktar b’saħħitha.
byroncamilleri@gmail.com
No comments:
Post a Comment