Wednesday, March 19, 2008

Il-Karnivalata ta' Wara l-Karnival (L-orizzont 19/03/09 )

http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=51932


Il-Karnivalata ta’ wara l-Karnival
Minn Byron Camilleri

Forsi wahda mill-akbar problemi ta’ Malta hi li Malta hija gzira zghira li ma tmiss ma l-ebda pajjiz iehor. Fejn ic-cokon taghna dejjem zammna u qieghed izommna prezentament, milli nikbru u nespandu mentalment, fl-idejat u li nlehqu mal-progress tad-dinja.



Kemm hawn min jitkaza bil-ligijiet Gharbin ghaliex dawn huma bbazati fuq ir-religjon taghhom u d-drittijiet tal-bniedem, specjalment fejn jidhlu n-nisa, ghadom mhux daqshekk zviluppati. Pero kull min jgholli abtu ghandu x’ixomm u jehtieg li l-poplu Malti jaghti harsa madwaru u jinduna li jinsab fi krizi konservattiva u jehtieg li ssir xi haga. Il-progressivi fl-idejat, li normalment jinteressahom anqas li jsemmghu lehinom u jimponu l-idejat taghhom fuq l-ohrajn ikkumparati ma dawk konservattivi,jehtieg li jinghaqdu u jqumu fuq ruhom sabiex iwasslu l-messagg taghhom.

Il-Karnival t’Ghawdex

Jien wiehed min dawk l-eluf ta’ zghazagh li l-weekend tal-karnival qattajtu Ghawdex, attendejt ic-celebrazzjonijiet fin-Nadur u l-immoralita u l-indicenza publika kollha li rreferew ghaliha l-isqfijiet ma ltqajtx maghha. Issa ma nafx jekk ghal dawn li tfajla tilbes dublett jew xorts qasir huwa indicenza publika. Allura misshom jitilghu darba sa Paceville, ma joqghodux biss hdejn il-Millenium Chapel jew Baystreet izda jduru mal-madwar u jidhlu f’daqxejn postijiet u jkunu jistghu johorgu stqarrija kull weekend.













Mhux biss hargu stqarrija, pero flok qalu li huma iddispjacuti u jixtiequ li darba ohra ma jergax jigri hekk ghax ihossu li qed tigi ddegenerata ir-religjon taghhom, l-Isqfijiet insistew li tittiehed azzjoni mill-awtoritajiet u l-imsejken Melvin Barbara spicca b’sentenza sospiza m’ghonqu. Allura din hi l-mahfra kollha li nghalmu lit-tfal taghna? Jew bhal li kieku xtaqna naghtu ezempju bih?












Huwa veru li l-ligi Maltija ma tippermettix li tiddiehaq bir-religjon, pero hemm hafna ligijiet ohra li ghax nafu li imisshom gew imtajra hafna snin ilu, bhal nghidu ahna l-ligi dwar l-ammont li kandidat f’elezzjoni generali jista jonfoq fuq il-kampanja, hadd ma jaghti kazom. Il-Karnival huwa zmien id-dahq u l-bluha, fejn in-nies jilbsu affarjiet u jagixxu bil-maqlub ta’ dak li jghamlu normalment fir-rutina ta’ kuljum u ghalfejn ghandna nkunu arrestati u mtellghin il-qorti ghaliex nilbsu ta’ xi haga religjuza? Mela ma tistax tilbes tal-politici, laqqas tal-knisja... allura hemm bzonn li kulhadd jilbes ta’ buffu?

Wasal iz-zmien li nifthu daqxejn mohna u nitghalmu niehdu cajta? Wasal iz-zmien li dan il-poplu jibda javvanza fl-idejat u l-mentalita b’rata daqxejn aktar mghagla mic-cirkostanzi ta’ bhalissa? Jew hawn min ghandu l-agenda konservattiva u ma jaqbillux li l-affarjiet jinbidlu?

byroncamilleri@gmail.com

No comments: