Tliet ġimgħat wara...
minn Byron Camilleri, l-orizzont 25/06/09
Ghaddew tliet ġimgħat minn mindu pajjiżna esperjenza riżultat elettorali li kien ilu kważi 50 sena ma jara bħalu. Riżultat li jibgħat aktar minn messaġġ wieħed, u l-messaġġi bagħthom f’termini ta’ numri u persentaġġi kbar. L-interpretazzjoni biss hija differenti.
Kif kien mistenni minn bosta u hekk kif previst mis-‘surveys’ tal-ġurnali, il-Partit Laburista rebaħ l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew. Li ma konniex nafu minn qabel kien jekk il-marġini kienux se jkunu kbar jew inkella żgħar. Jekk l-Alternattiva Demokratika kienx se jkollha riżultat sodisfaċenti u inkoraġġanti bħal ħames snin ilu jew jekk kinitx se tmur il-baħar kif previst, jekk l-Azzjoni Nazzjonali kienx se jirnexxilhom jagħmlu ħoss u jekk il-formola ta’ SimonPN kinItx se taħdem.
Alternattiva Demokratika
Ma nistħix ngħid li għall-AD għandi ‘soft spot’. Partit magħmul minn nies bi prinċipji xellugin u ambjentali li żgur mhumiex hemm biex iħaxxnu bwiethom, u jibqgħu jemmnu f’partit li darba waħda biss kien viċin li jagħmel suċċess u dan kien ħames snin ilu permezz tal-kandidat Arnold Cassola.

Anke fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, b’kandidat prominenti bħal Michael Briguglio fuq Tas-Sliema, l-AD ma rnexxielha ittella’ l-ebda kandidat mit-tlieta li kkontestaw.
llum, wara 20 sena fix-xena politika, l-AD għadha fl-istess ilma tal-quċċija tagħha. Kien hemm mumenti waqt li konna qegħdin nistennew ir-riżultat fejn il-ħsieb kien li anke l-estremist Norman Lowell kien se jġib riżultat aħjar minn tal-AD. Meta wieħed janalizza ir-riżultat miksub mill-AD din is-sena u jqabblu ma’ dak ta’ ħames snin ilu, wieħed faċilment jasal għall-konklużjoni li persentaġġ kbir mill-votanti tal-AD ħames snin ilu ma vvutawx lill-AD għax riedu rappreżentanza Maltija fil-Greens Ewropej iżda kien vot ta’ protesta kontra l-Partit Laburista.
Mhuwiex sigriet li sa ftit ilu kien hemm ċerti votanti li ma kienu jaslu qatt jivvutaw lill-Partit Laburista. Però din id-darba b’Dr Joseph Muscat fit-tmun tal-Partit Laburista, dawn il-votanti, forsi normalment b’simpatiji Nazzjonalisti jew ‘floaters’, ħassewhom komdi li jivvutaw lill-Partit Laburista.
Partiti tal-Lemin
L-Azzjoni Nazzjonali lmentaw għax skont huma l-poplu ma jridx partiti żgħar. Jien aktar tal-fehma li l-poplu ma jridx lill-Azzjoni Nazzjonali u li ma jara sugu ta’ xejn f’dan il-partit maħluq min kuntrattur u tabib negozjant li riedu jidħlu fix-xena politika madwar sentejn ilu. B’kandidati li hemm mistoqsijiet kbar dwar il-kapaċitajiet tagħhom, ħlief persuna waħda, u li ftit li xejn kienu nvoluti fil-politika qabel ma ssieħbu ma’ dan il-Partit, żgur li l-poplu ma rax il-validità ta’ dawn il-persuni u l-vot espress jitkellem waħdu.
Mhuwiex veru li l-poplu jrid u vvota għal-lemin, speċjalment dak estrem ta’ Norman Lowell. M’għandi xejn kontra l-persuna u kultant nasal naqbel meta jargumenta li l-midja twarrbu bi skop, però żgur li qatt ma nista’ naqbel mal-ideat estremament leminin tiegħu.
Partit Nazzjonalista
Li huwa żgur dwar ir-riżultat miġjub mill-Partit Nazzjonalista huwa li l-‘performance’ tal-Gvern immexxi min dan il-partit hija waħda mir-raġunijiet ewlenin għaliex il-poplu m’afdax dan il-partit. Anke jekk ftit aktar minn sena ilu dan il-partit kellu l-maġġoranza tal-poplu warajh għalkemm mhux maġġoranza assoluta.
Biex jipprova jnessi dak li kien għaddej fuq bażi lokali, il-Partit Nazzjonalista għażel li jiffoka fuq ‘issues’ Ewropej minflok lokali, u fuq il-kandidati tiegħu. B’kampanja li skont il-midja kienet immexxija minn wieħed mill-kandidat stess, li għażlu li jiffukaw fuqu u jipproġettawh bħala xi stilla.
F’Marzu tas-sena l-oħra kellna l-GonziPN, din id-darba SimonPN. Però li hu żgur hu li dak li għamel Dr Gonzi sena u tliet xhur ilu, ma kienx kapaċi jagħmlu Simon Busuttil f’dawn l-elezzjonijiet.
Partit Laburista
Il-Partit Laburista daħal għal din il-kampanja b’mexxej li kien ilu sena biss fil-kariga, u din kienet ukoll l-ewwel elezzjoni għall-amministrazzjoni l-ġdida. Għalkemm dawn l-elezzjonijiet ippruvaw ineħħulhom xi ftit mill-importanza, dawn kienu importanti ferm għall-mexxej u l-amministr
azzjoni l-ġdida tal-Partit Laburista. Kienu l-ewwel ‘test’, u li kieku din intilef, kieku l-persuni nvoluti kienu jiġu attakkati b’kull mod.
Fl-ewwel ‘test’ tiegħu, Dr Joseph Muscat mhux biss għadda imma bbrilla. B’kam-panja madwar il-mexxej tiegħu, il-Partit Laburista rnexxielu jġib maġġoranza li l-pajjiż kien ilu snin twal ma jara bħalha.
Il-Partit Laburista fl-aħħar reġa’ kien qiegħed jinfetaħ għal dawk li normalment ma tantx jaqblu miegħu jew huma ‘floaters’, u li anke rajna xi wħud jintervistaw lil Dr Joseph Muscat innifsu fl-attiviatijiet ta’ taħt it-tinda. Il-Partit Laburista wera ruħu miftuħ għal kull kritika, u minflok jintefa’ fuq id-difensiva, il-kritika jirnexxielu jagħmilha gwadann billi jirranġa dak li jkun qiegħed ikun ikkritikat fuqu.
Il-Partit Laburista għamel ukoll kampanja b’saħħitha li kien fiha minn kollox u li qatt ma marret fuq id-difensiva. Għall-kuntrarju tal-aħħar kam-panji, il-Partit Laburista għamel kampanja fuq l-attakk filwaqt li l-Partit fil-Gvern kellu bilfors jiddefendi ruħu minn dawn l-attakki. Wieħed ma jistax ma jsemmix ukoll il-mod eċċellenti kif il-Partit Laburista uża l-Internet. B’websajt ġdida b’informazzjoni dwar dawn l-elezzjonijiet u kif ukoll bl-użu ta’ websajts soċjali bħal ‘Hi5’ u ‘Facebook’, il-Partit Laburista rnexxielu jwassal il-messaġġ tiegħu għand dawk li forsi l-messaġġ ma jasalx għandhom b’mezzi tradizzjonali oħra.
Fl-aħħar ma nistax ma nsemmix ukoll il-mod kif il-Partit Laburista taħt it-tmexxija ta’ Joseph
Muscat ta aktar spazju liż-żgħażagħ fi ħdanu li ukoll kienu parti ċentrali fil-kampanja tiegħu. Iż-żgħażagħ tal-Forum Zgħażagħ Laburisti għamlu ġranet sħaħ b’kampanja fit-toroq u postijiet ċentrali bħall-Belt u Tas-Sliema, fejn qasmu materjal ta’ propaganda u tkellmu man-nies li nzertaw fl-inħawi. Fi ftit kliem, il-Partit Labutista rnexxielu jtella’ kampanja li tefgħet id-dawl fuq il-pożittiv kollu li l-partit ma rnexxilux juri fl-aħħar snin.
Fl-aħħarnett, nixtieq ngħid grazzi lill-poplu tal-Fgura talli fdani u b’numru sabiħ ta’ voti eleġġieni fil-Kunsill Lokali tal-Fgura. Inwegħdhom li l-vot tagħhom ħa jissaraf f’ġid għal-lokal.
minn Byron Camilleri, l-orizzont 25/06/09
Ghaddew tliet ġimgħat minn mindu pajjiżna esperjenza riżultat elettorali li kien ilu kważi 50 sena ma jara bħalu. Riżultat li jibgħat aktar minn messaġġ wieħed, u l-messaġġi bagħthom f’termini ta’ numri u persentaġġi kbar. L-interpretazzjoni biss hija differenti.
Kif kien mistenni minn bosta u hekk kif previst mis-‘surveys’ tal-ġurnali, il-Partit Laburista rebaħ l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew. Li ma konniex nafu minn qabel kien jekk il-marġini kienux se jkunu kbar jew inkella żgħar. Jekk l-Alternattiva Demokratika kienx se jkollha riżultat sodisfaċenti u inkoraġġanti bħal ħames snin ilu jew jekk kinitx se tmur il-baħar kif previst, jekk l-Azzjoni Nazzjonali kienx se jirnexxilhom jagħmlu ħoss u jekk il-formola ta’ SimonPN kinItx se taħdem.
Alternattiva Demokratika
Ma nistħix ngħid li għall-AD għandi ‘soft spot’. Partit magħmul minn nies bi prinċipji xellugin u ambjentali li żgur mhumiex hemm biex iħaxxnu bwiethom, u jibqgħu jemmnu f’partit li darba waħda biss kien viċin li jagħmel suċċess u dan kien ħames snin ilu permezz tal-kandidat Arnold Cassola.

Anke fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, b’kandidat prominenti bħal Michael Briguglio fuq Tas-Sliema, l-AD ma rnexxielha ittella’ l-ebda kandidat mit-tlieta li kkontestaw.
llum, wara 20 sena fix-xena politika, l-AD għadha fl-istess ilma tal-quċċija tagħha. Kien hemm mumenti waqt li konna qegħdin nistennew ir-riżultat fejn il-ħsieb kien li anke l-estremist Norman Lowell kien se jġib riżultat aħjar minn tal-AD. Meta wieħed janalizza ir-riżultat miksub mill-AD din is-sena u jqabblu ma’ dak ta’ ħames snin ilu, wieħed faċilment jasal għall-konklużjoni li persentaġġ kbir mill-votanti tal-AD ħames snin ilu ma vvutawx lill-AD għax riedu rappreżentanza Maltija fil-Greens Ewropej iżda kien vot ta’ protesta kontra l-Partit Laburista.
Mhuwiex sigriet li sa ftit ilu kien hemm ċerti votanti li ma kienu jaslu qatt jivvutaw lill-Partit Laburista. Però din id-darba b’Dr Joseph Muscat fit-tmun tal-Partit Laburista, dawn il-votanti, forsi normalment b’simpatiji Nazzjonalisti jew ‘floaters’, ħassewhom komdi li jivvutaw lill-Partit Laburista.
Partiti tal-Lemin
L-Azzjoni Nazzjonali lmentaw għax skont huma l-poplu ma jridx partiti żgħar. Jien aktar tal-fehma li l-poplu ma jridx lill-Azzjoni Nazzjonali u li ma jara sugu ta’ xejn f’dan il-partit maħluq min kuntrattur u tabib negozjant li riedu jidħlu fix-xena politika madwar sentejn ilu. B’kandidati li hemm mistoqsijiet kbar dwar il-kapaċitajiet tagħhom, ħlief persuna waħda, u li ftit li xejn kienu nvoluti fil-politika qabel ma ssieħbu ma’ dan il-Partit, żgur li l-poplu ma rax il-validità ta’ dawn il-persuni u l-vot espress jitkellem waħdu.Mhuwiex veru li l-poplu jrid u vvota għal-lemin, speċjalment dak estrem ta’ Norman Lowell. M’għandi xejn kontra l-persuna u kultant nasal naqbel meta jargumenta li l-midja twarrbu bi skop, però żgur li qatt ma nista’ naqbel mal-ideat estremament leminin tiegħu.
Partit Nazzjonalista
Li huwa żgur dwar ir-riżultat miġjub mill-Partit Nazzjonalista huwa li l-‘performance’ tal-Gvern immexxi min dan il-partit hija waħda mir-raġunijiet ewlenin għaliex il-poplu m’afdax dan il-partit. Anke jekk ftit aktar minn sena ilu dan il-partit kellu l-maġġoranza tal-poplu warajh għalkemm mhux maġġoranza assoluta.
Biex jipprova jnessi dak li kien għaddej fuq bażi lokali, il-Partit Nazzjonalista għażel li jiffoka fuq ‘issues’ Ewropej minflok lokali, u fuq il-kandidati tiegħu. B’kampanja li skont il-midja kienet immexxija minn wieħed mill-kandidat stess, li għażlu li jiffukaw fuqu u jipproġettawh bħala xi stilla.F’Marzu tas-sena l-oħra kellna l-GonziPN, din id-darba SimonPN. Però li hu żgur hu li dak li għamel Dr Gonzi sena u tliet xhur ilu, ma kienx kapaċi jagħmlu Simon Busuttil f’dawn l-elezzjonijiet.
Partit Laburista
Il-Partit Laburista daħal għal din il-kampanja b’mexxej li kien ilu sena biss fil-kariga, u din kienet ukoll l-ewwel elezzjoni għall-amministrazzjoni l-ġdida. Għalkemm dawn l-elezzjonijiet ippruvaw ineħħulhom xi ftit mill-importanza, dawn kienu importanti ferm għall-mexxej u l-amministr
azzjoni l-ġdida tal-Partit Laburista. Kienu l-ewwel ‘test’, u li kieku din intilef, kieku l-persuni nvoluti kienu jiġu attakkati b’kull mod.Fl-ewwel ‘test’ tiegħu, Dr Joseph Muscat mhux biss għadda imma bbrilla. B’kam-panja madwar il-mexxej tiegħu, il-Partit Laburista rnexxielu jġib maġġoranza li l-pajjiż kien ilu snin twal ma jara bħalha.
Il-Partit Laburista fl-aħħar reġa’ kien qiegħed jinfetaħ għal dawk li normalment ma tantx jaqblu miegħu jew huma ‘floaters’, u li anke rajna xi wħud jintervistaw lil Dr Joseph Muscat innifsu fl-attiviatijiet ta’ taħt it-tinda. Il-Partit Laburista wera ruħu miftuħ għal kull kritika, u minflok jintefa’ fuq id-difensiva, il-kritika jirnexxielu jagħmilha gwadann billi jirranġa dak li jkun qiegħed ikun ikkritikat fuqu.
Il-Partit Laburista għamel ukoll kampanja b’saħħitha li kien fiha minn kollox u li qatt ma marret fuq id-difensiva. Għall-kuntrarju tal-aħħar kam-panji, il-Partit Laburista għamel kampanja fuq l-attakk filwaqt li l-Partit fil-Gvern kellu bilfors jiddefendi ruħu minn dawn l-attakki. Wieħed ma jistax ma jsemmix ukoll il-mod eċċellenti kif il-Partit Laburista uża l-Internet. B’websajt ġdida b’informazzjoni dwar dawn l-elezzjonijiet u kif ukoll bl-użu ta’ websajts soċjali bħal ‘Hi5’ u ‘Facebook’, il-Partit Laburista rnexxielu jwassal il-messaġġ tiegħu għand dawk li forsi l-messaġġ ma jasalx għandhom b’mezzi tradizzjonali oħra.
Fl-aħħar ma nistax ma nsemmix ukoll il-mod kif il-Partit Laburista taħt it-tmexxija ta’ Joseph
Muscat ta aktar spazju liż-żgħażagħ fi ħdanu li ukoll kienu parti ċentrali fil-kampanja tiegħu. Iż-żgħażagħ tal-Forum Zgħażagħ Laburisti għamlu ġranet sħaħ b’kampanja fit-toroq u postijiet ċentrali bħall-Belt u Tas-Sliema, fejn qasmu materjal ta’ propaganda u tkellmu man-nies li nzertaw fl-inħawi. Fi ftit kliem, il-Partit Labutista rnexxielu jtella’ kampanja li tefgħet id-dawl fuq il-pożittiv kollu li l-partit ma rnexxilux juri fl-aħħar snin.Fl-aħħarnett, nixtieq ngħid grazzi lill-poplu tal-Fgura talli fdani u b’numru sabiħ ta’ voti eleġġieni fil-Kunsill Lokali tal-Fgura. Inwegħdhom li l-vot tagħhom ħa jissaraf f’ġid għal-lokal.
No comments:
Post a Comment