F’laqgha it-Tnejn 11 ta’ Ottubru 2010, il-Kunsill Lokali tal-Fgura approva mozzjoni imressqa minni bhala Sindku, sabiex bhala Kunsill niehdu l-inizjattiva u nghinu lill-MEPA fir-rigward tal-problema serja tat-trab l-iswed, billi bhala Kunsill nghaddu lill-istess MEPA samples tat-trab iswed li jaqa fuq fil-Fgura. Il-mozzjoni titlob ukoll li l-Kunsill jistieden lir-residenti tal-Fgura biex jghaddu lill-Kunsill samples tat-trab iswed sabiex jinghataw lill-MEPA ghal aktar testijiet.
Meta din il-mozzjoni tressqet ghal vot, waqt li l-hames Kunsilliera tal-Partit Laburista prezenti ghall-laqgha ivvotaw favur, wiehed mill-kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista ivvota kontra, filwaqt li z-zewg Kunsilliera l-ohra tal-PN astjenew mill-vot.
Nemmen li ghalkemm ir-responsabilta ghall-problema tat-trab iswed ma hijiex tal-Kunsill Lokali, bhala Kunsill ghandna nkunu pro-attivi u nkunu ta’ ghajnuna ghall-awtoritajiet kollha tal-pajjiz. Dan bit-tama li jigu fi tmiemhom is-snin twal ta’ tbatijiet li ilhom ghaddejin minnhom ir-residenti tal-Fgura u bit-tama li ma jibqghux isiru weghdiet lir-residenti tal-Fgura li izda ma jinzammu qatt.
Fuq il-bazi tal-mozzjoni approvata, il-Kunsill Lokali tal-Fgura flimkien mar-residenti tal-lokalita, fiz-zmien li gej se jkun qieghed jigbor samples tat-trab iswed u jghaddijhom lill-MEPA bil-ghan li dawn jigu studjati u jghinu biex waqt li jinstab l-origini ta’ dan it-trab, tinstab soluzzjoni, bil-ghan ahhar li l-familji, t-tfal, iz-zghazagh u l-anzjani tal-Fgura jkunu jistghu jgawdu minn ambjent dejjem ahjar.
Byron Camilleri
Sindku Fgura
+356 7927 0207
No comments:
Post a Comment