Wednesday, October 6, 2010

Trab Iswed fil-Fgura

Stqarrja ghall-istampa mahruga mis-Sindku tal-Fgura Byron Camilleri

BIL-KONTRA TA’ LI QAL IL-PRIM MINISTRU, L-PROBLEMA TAT-TRAB L-ISWED GHADHA TEZISTI


Bhala Sindku tal-lokalita tal-Fgura inhossni sorpriz u ddizgustat b’dak li qal il-Prim Ministru fil-Parlament fis-seduta tal-bierah fejn iddikjara li l-problema tat-trab iswed m’ghadhiex tezisti.

Fi twegiba ghall-mistoqsija Parlamentari 19222, imressqa mill-Onorevoli Leo Brincat dwar it-trab iswed fil-Fgura, il-Prim Ministru wiegeb li bhalissa ma humiex isiru testijiet mill-MEPA dwar din il-problema u li “Biex isiru testijiet irid ikollok is-sample ta’ trab iswed u fil-preżent il-MEPA m’għandhiex dan is-sample għaliex ma teżistix il-problema. Mhux prevvist li jsiru testijiet sakemm ma terġgħax tfeġġ il-problema.”


Din hija konferma ohra, jekk qatt kien hemm bzonn, ta’ kemm il-Gvern u l-Awtoritajiet ma ghandhomx impenn li bis-serjeta jsolvu l-problema tat-trab iswed fil-Fgura filwaqt li ma jridux jifhmu dak li jghaddu minnu ta’ kuljum ir-residenti ta’ dan il-lokal. Din hija problema mill-iktar inkonvenjenti ghall-eluf ta’ residenti li jghixu fil-Fgura fejn huwa fatt maghruf li hemm livelli oghla minn inhawi ohra tal-pajjiz ta’ mard respiratorju.




Il-Gvern ilu mis-sena 1999 iwieghed li kien ser isolvi din il-problema u minflok izda gara bil-kontra tant li din il-problema kompliet dejjem tiskala l’fuq bhala l-akbar inkonvenjent ghar-residenti tal-Fgura. Ghalhekk, jidher car kemm il-gvern huwa maqtugh mir-realta`, fejn wara 11 – il sena ta’ weghdiet mhux imwettqa, l-Prim Ministru issa sahansitra jemmen li jista jahbi mir-residenti l-gravita


ta’ din il-problema billi jghid li ma tezistix. Ma dan kollu ebda resident tal-Fgura ma jista jiehu din id-dikjarazzjoni bis-serjeta ghaliex ilkoll nafu li dak li ddikjara l-Prim Ministru ma hiex il-verita.


Nemmen li r-residenti tal-Fgura, wara snin shah ibatu mill-problema tat-trab l-iswed, jixirqilhom trattament hafna ahjar mill-mod li bih gew trattati l-bierah fil-Parlament. Ghalhekk nistennew li l-Prim Ministru f’isem il-gvern, jaghmel apologija lill-Fgurin ghaliex kulhadd jaf li bil-kontra ta’ dak li intqal fil-Parlament il-bierah, il-problema tat-trab l-iswed ghadha tezisti.


Byron Camilleri
Sindku Fgura
+356 7927 0207
byroncamilleri@gmail.com
www.byroncamilleri.com

No comments: