Bhalissa ghaddej xoghol ta’ kostruzzjoni ezatti hdejn il-wied naturali ta’ Wied Blandun fil-Fgura. B’konsegwenza ta’ dan ix-xoghol, li huwa relatat mal-bini ta’ mini ta’ taht l-art li jservu ghal Smart City, qed jintefa numru kbir ta’ terrapien u gebel fil-wied naturali ta’ Wied Blandun u kif ukoll b’konsegwenza ta’ dan ix-xoghol hafna trab qed itir fl-arja.
Kwantita kbira ta’ dan it-trab qed jispicca jaqa’ fil-wied b’detriment ghas-sigar u flora ta’ dan il-wied, filwaqt li qieghed ukoll ikun ta’ inkonvenjent ghar-residenti li joqghodu fl-inhawi tal-wied, li ta’ kulljum qed jispiccaw jghixu fi kwantita ta’ trab li qed itir lejn id-djar taghhom. Ukoll, f’partijiet ta’ Wied Blandun qed jintefa terrapien li jghamel hsara kbira lill-ambjent, filwaqt li hekk kif jixhdu ir-ritratti annessi, hemm sigar li qeghdin miksijin sa nofshom jew aktar bit-terrapien.
Ta’ min wiehed isemmi li l-Kunsill Lokali tal-Fgura informa b’dawn ix-xoghlijiet lill-MEPA fis-27 t’Awwissu 2010, u minkejja dan, ma kien hemm l-ebda progress fis-sitwazzjoni ta’ dan il-wied.
Ghalhekk, permess ta’ din l-istqarrija qieghed nappella lill-awtoritajiet koncernati sabiex jiehdu azzjoni malajr kemm jista jkun sabiex insalvaw l-unika ftit art hadra li ghad fadal fil-Fgura u fin-nofsinhar ta’ Malta.
Byron Camilleri
Sindku Fgura
No comments:
Post a Comment