STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA – KUNSILL LOKALI FGURA
Il-Kunsill Lokali tal-Fgura jinforma lill-Pubbliku li bejn il-lejl tat-Tnejn l-ewwel ta’ Novembru 2010 u t-tieni ta’ Novembru sar vandaliżmu minn persuni mhux magħrufa fil-bandli tal-lokal, bl-isem ta’ Ġnien Patri Redent Gauċi.
F’dawn l-atti vandali ġew imkissra disgħa shades tad-dawl li wisq probabli ġew imgara ġebel lejhom, filwaqt li anke ġie maqlugħ arblu tad-dawl minn postu.
Il-Kunsill ifakkar li l-flus li ser jintefqu sabiex jissewew l-affarijiet ivvandaliżżati ser ikunu qed jittieħdu minn proġetti oħra li seta għamel il-Kunsill.
Filwaqt li l-Kunsill Lokali tal-Fgura jikkundanna dawn l-atti jistieden lill-pubbliku sabiex kull min għandu xi nformazzjoni jgħaddiha lill-pulizija.
No comments:
Post a Comment