L-Eroj tal-fqir iccensurat
Minn Byron Camilleri
Bhal li kieku fl-ahhar sena ma kellniex bizejjed kazi ta’ censura, fejn sahansitra kellna protesta l-Belt li ghaliha attendew diversi zghazagh. Issa ghandna kaz gdid, fejn il-vittma mhu hadd hlief l-eroj modern il-Monsjinur Victor Grech li d-diskors tieghu gie ccensurat mill-istazzjon Nazzjonali TVM.
Ghaliex eroj? Eroj ghax irrejalizza li jekk verament ried jghix ir-religjoni li huwa jhaddan, huwa htieglu jkun ta’ ghajnuna ghal haddiehor u wasal sabiex iddedika hajtu ghall-persuni li f’xi mument f’hajjithom spiccaw vittma ta’ xi vizzju jew iehor li jwassal biss ghall-qerda tal-hajja taghhom. Eroj, ghaliex meta dawn il-persuni jfiequ min dan il-vizzju ikrah bis-sahha tal-Monsinjur, dan il-persuna ma jkun xejn hlief l-eroj ta’ hajjithom li rega ghallimhom jghixu l-hajja bla vizzji.
Id-Direttur tal-Caritas Malta, Monsinjur Victor Grech f’diskors li ghamel l-gimgha l-ohra waqt konferenza tal-Caritas semma k
if l-gholi tal-hajja biz-zieda fil-prezzijiet tal-medicini, tal-gass u tal-kera, flimkien mat-tariffi l-godda tad-dawl u l-ilma qeghdin ikomplu jnaqqsu l-flus mill-bwiet tal-familji Maltin u Ghawdxin. Dan bil-konsegwenza li dawk li qabel konna nqisuhom li qeghdin f’riskju ta’ faqar issa waqghu fil-faqar. Min barra wiehed forsi ma jinduax li forsi dik il-familja ghaddeja min problemi finanzarji kbar, pero meta wiehed jidhol fid-dar ta’ dawn in-nies jinduna li ghalihom l-affarijiet essenzjali saru kapricc.
Problemi ta’ faqar li ma jfissirx li naraw in-nies mejtin bil-guh, jittalbu x’jieklu fit-toroq, izda dak li qed nesperjenzaw huwa l-faqar modern. Faqar li jimmaterjalizza f’familja li jista jkun li jkolla l-hsara fil-fridge u ma ghandiex biex tixtri ohra. Jew familja li ma jaffordjawx jixtru l-medicini li ghandhom bzonn.
Femomenu gdid huwa n-numri kbir ta’ familji li qeghdin jispiccaw minghajr servizz ta’ elettriku minhabba l-prezz esagreat li dan sar ghandu. Dawn il-familji inqatalhom is-servizz wara li huma ma kienux kapaci jhallsu l-kont taghhom fiz-zmien stipulat. Skond informazzjoni li ta’ il-ministru Tonio Fenech fil-Parlament din il-gimgha, is-sena l-ohra kien hemm 2,438 indirizz li nqatalhom is-servizz tal-elettriku mid-dar taghhom. Ukoll, 84 familja nqatalhom is-servizz tal-elettriku f’Jannar li ghadda.
Ghalkemm il-kostituzjoni taghna ma ssemix id-dritt tal-access ghall-elettriku bhala dritt fundamentali tal-bniedem, tista persuna ssejahlu bniedem jekk dan jghix minghajr access tal-elettriku u ghalhekk minghajr access ghall-affarijeit mill-aktar bazici bhal fridge u giezer?
Hekk kif gie rrapurtat mill-media, it-TVM l-istazzjon nazzjonali, fil-bulettin tal-ahbarijiet tat-8.00pm iccensura u ma rrappurtax l-affarijiet l-aktar importanti li qal il-Monsinjur Grech waqt li kien qed jitkellem waqt konferenza fejn giet imnedija il-kampanja tal-Caritas ta’ Malta bil-motto “Ilqa’ l-Isfida: Gib il-Faqar fix-Xejn,” li tifforma parti mis-Sena Ewropea ghall-Glieda Kontra l-Faqar u l-Eskluzjoni Socjali. Huwa tkellem dwar kif iz-zieda fil-prezz tal-elettriku, ilma, gass, medicini u l-kera ikkontribew sew biex toghla l-hajja sal-punt li dawk il-familji Maltin u Ghawdxin li kienu fir-riskju ta’ faqar issa waqghu fil-faqar.
Ghalhekk inhoss li wiehed ma jistax ma jikkundannax dan l-agir tat-TVM fejn kien qed jiprova jahbi din ir-rejalta gdida ta’ pajjizna. Ukoll, wiehed ma jsitax ma jfahharx lill-Monsinjur Grech u l-Caritas li bil-provi juru li qalbhom tinsab maz-zghir, il-fqir u dak li jiflah jinqas.
No comments:
Post a Comment