Tuesday, September 14, 2010

Konferenza Stampa fil-Fgura

Toroq Residenzjali imweghda mill-Gvern fil-Fgura



Fl-2006 l-Gvern ta’ Lawrence Gonzi wieghed lir-residenti tal-Fgura, anke permezz ta’ flyers imqassmin bieb bieb,li kellhom isiru sitt toroq residenzjali mill-Gvern Centrali. It-Toroq imweghda mill-Gvern fl-2006 u ghadhom ma trangawx huma Wesghet Guzeppi Gauci, A.M. Valperga, Triq Pawlu Micallef, Triq il-Foss, u Triq Merhba.

Illum, erbgha snin wara, min dawn it-toroq saret biss triq wahda. Dan ifisser li saru 17 fil-mija biss mit-toroq imweghda mill-Gvern Centrali qabel l-elezzjoni Generali. Dawn it-toroq jaffetwaw direttament madwar mitejn u hamsin persuna li joqghodu fihom, u hafna ohrajn li jghaddu minnhom ta’ kulljum.

Ta’ min wiehed isemmi li dawn it-toroq kienu jiffirmaw parti min pjan li beda fl-2006 u kellu jiehu sas-sena 2008 sabiex jitlestew numru ta’ toroq imsemmija mill-Gvern. Illum dehlin ghas-sena 2011, u r-residenti tal-Fgura ghadhom qed jistennew u jittamaw, li xi darba l-Gvern Centrali jahseb daqxejn fil-Fgura, imqar kemm jigbor giehu u jghati lir-residenti dak li weghdhom qabel l-elezzjoni. Daqs li kieku dawn ir-residenti ma jhallsux it-taxxi taghhom bhal kwalunkwe persuna ohra li tghix f’dan il-pajjiz.

Wiehed ma jistax ma jinnotax li l-Fgura diga tbaghti min diversi problem ambjentali li ghalihom il-Gvern ftit li xejn offra soluzjonijiet lir-residenti. Ma jsitax wiehed ma jsemix l-ammont ta’ trab iswed li kulljum ir-residenti tal-Fgura jigbru min fuq il-bwiet u l-btiehi taghhom. Minbarra li dan it-trab iswed qieghed jinbela man-nifs taghna r-residenti u jghamel hazin ghas-sahha taghna, ir-residenti tal-Fgura spiccaw f’estremita li Sajf shih ma jsitghux jifthu bieb ta’ gallarija jew inkella tieqa ghaliex inkella jispiccaw b’ammont kbir ta’ trab iswed gewwa d-dar taghhom.

Ghalhekk, il-Gvern mhux talli ma pruvax itejjeb is-sitwazzjoni prezenti tan-nies tal-Fgura, izda minflok qed ihalli dawn it-toroq imharbtin bil-konsegwenza ta hafna trab fl-arja li jkompli jzid fin-nuqqas ta’ ndafa u kif ukoll fil-problemi ta’ sahha li dawn ir-residenti diga jbaghtu minhabba l-ambjent li huma qeghdin jghixu fih.

Huma ahna li ta’ kulljum nisimghu l-ilmenti ta’ dawn ir-residenti, u li ngharfu d-dizappunt li dawn ir-residenti ghandhom fejn ihossu li gew traduta. Qabel l-elezzjoni huma gew imweghda li t-toroq li jghixu fihom kienu ser jitrangaw, u llum 4 snin wara dawn il-weghdiet, 5 toroq min sitta fil-Fgura ghadhom fi stat li aktar jitqabbel mal-qamar milli ma lokal pjuttost gdid fi stat membru tal-Unjoni Ewropeja.

Ghalhekk, min hawn l-appel lejn il-Gvern huwa wiehed. Sabiex dawn ir-residenti ma nahsbux fihom biss qabel l-elezzjoni, izda ghandhom jitwettqu l-weghdiet li saru lir-residenti tal-Fgura aktar min erbgha snin ilu.

Byron Camilleri

Sindku Fgura

No comments: