Saturday, September 11, 2010

Bejn l-Iran u ċ-ċensura

http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=63880

Konvint (jew għall-inqas nispera) li Adrian Vassallo ġie kkwotat ’il barra mill-kuntest, hekk kif ġie rrapportat minn ġurnal bl-Ingliż jgħid li jippreferi jgħix fl-Iran u joħ­roġ jipprotesta fit-toroq favur ir-reliġjon milli jgħix f’pajjiż fejn il-por­nografija hi aċċessibbli fil-kmamar tal-lukandi. Dan wara li ftit tal-jiem qabel, hu kien ressaq Mistoqsija Par­­lamentari lill-Ministru tal-Ġus­tizzja fejn staqsih jekk kinux se jittieħdu pas­si kontra l-lukandi li jof­fru stazzjonijiet li juru l-pornografija bi ħlas lill-klijenti tagħhom.



Ma nistax nifhem kif ir-reliġ­jon tħaltet mal-pornografija. Billi l-pornografija tista’ tkun immorali għal ħafna minnha l-Kattoliċi, din għandha tkun illegali li wieħed ikollu a­ċċess u jara privatament fil-kamra tal-lukanda tiegħu? Għandna aħna nagħmlu bħal ħafna pajjiżi Musulmani u nibbażaw il-liġijiet tal-pajjiż fuq ir-reliġjon tagħna? Allura bl-istess raġunament, għandna aħna nerġgħu nqisu att omosesswali jew adulterju bħala att illegali, u dan għax imur kontra t-tagħlim tar-reliġjon tagħna? U għandna aħna wara kollox, nimponu l-morali tagħna anke fuq it-turisti li jiġu jżuruna hawn Malta u nindaħħlu dawn x’jagħmlu privatament fil-kamra tal-lukanda tagħhom?



Illegali jew legali?

Fl-istess intervista l-aċ­ċess tal-pornografija fil-lu­kandi ġiet imqabbla mal-każ taċ-ċinema fil-Belt Valletta, fejn fiha kienu juru films pornografiċi. Però l-pornografija f’kamra ta’ lukanda hi llegali?

Il-Kodiċi Kriminali f’Ar­tik­lu 208(1) jistupula li “kull min, għall-qligħ, jew għat-tqassim, jew għall-wiri f’post pubbliku jew f’post aċ­ċessibbli għall-pubbliku jim­­manifattura, jistampa jew xort’oħra, jagħmel jew idaħħal f’Malta, jew jakkwista, iżomm, jiċ­ċir­kola jew jesporta xi stampat... meta jinsab ħati, priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn sitt xhur jew multa ta’ mhux iżjed minn erba’ mija u hamsa u sittin ewro u sebgħa u tmenin ċentezmu (€465.87), jew dik il-priġunerija u multa flimkien.”

Għalhekk, il-liġi tipproj­bix­xi l-wiri tal-pornografija fil-pubbliku jew f’post aċ­ċes­sibbli għall-pubbliku. Kam­ra ta’ lukanda, li mhi xejn iżjed minn kamra tas-sodda li tuża għal żmien qasir, għan­dha titqies bħala post pub­bliku? Jien qatt ma rajt lil xi ħadd għaddej passiġġata mill-kam­ra tal-lukanda tiegħi, min-naħa tagħkom il-qarrejja ma nafx!



Id-distanza tal-PL

Bħalma forsi kien mis­tenni, Joseph Muscat u l-Partit Laburista iddistanzaw lilhom infushom minn dawn il-kummenti kontroversjali ta’ Adrian Vassallo.

Bħala Partit b’ideat xellugin u progressivi żgur li ma jis­tgħux jaqblu ma’ dawn il-kummenti.

Però, filwaqt li Joseph Mus­cat tkellem kontra ċ-ċensura għal dawn l-aħħar xhur, kien issa li hu wera biċ-ċar li jemmen u jipprattika dak li huwa jgħid. Għandi dubji kbar dwar kemm il-PN kien ikun lest iħalli De­putat Parlamentari minn tiegħu jitkellem u jgħid dak li huwa jħoss fil-Parlament u fil-midja. Joseph Muscat għadda minn dan l-eżami taċ-ċensura billi ma ddejjaq xejn iħalli Deputat Laburista isemma’ leħnu b’diż­appro­vazzjoni lejn il-partit tie­għu stess, speċjalment meta d-diskussjoni ddur mad­war suġġetti ta’ kwist­jonijiet mo­rali.

byroncamilleri@gmail.com

No comments: