L-orizzont 13/11/08
Harsa Lejn l-Effetti tal-Budget ghall-2009
Minn Byron Camilleri
Ftit tal-jiem ilu l-Gvern habbar il-budget ghall-2009. Min dakinhar l’hawn saret protesta li ghaliha attendew l-eluf, mil-Partit Laburista, filwaqt li ghada ha tkun qed isehh protesta ohra mill-imsiehba socjali kollha. Ghall-ewwel darba fl-istorja ta’ pajjizna, il-unions kollha ha jkunu nehhew id-differenzi kollha ta’ bejniethom u ipprotestaw flimkien. Ghall-Gvern Malti dan huwa tijatrin, pero f’pajjizi ohra Ewropej bil-fatti, dan ma tantx jitqies bhala tijatrin.
Ma nistax ma nibdiex miz-zieda esagerata tad-dawl u ilma. Il-Gvern fl-ahhar zmien kien dejjem jiftahar li huwa l-Gvern tal-konsultazjoni. Kien hemm konsultazjoni vera meta l-Gvern gie biex jimponi dawn iz-zidiet fuq il-familji u l-kumpaniji? Il-konsulatazjoni ippretendew li ssir wara li l-Gvern habbar il-proposti tieghu, fejn laqqas biss gew ikkonsultati l-imsiehba socjali sabiex huma wkoll ikunu jistghu jghaddu il-proposti taghhom. Fil-pajjiz ghandna sitwazzjoni fejn l-imsiehba socjali u l-Partiti politici kollha, taqta lill-Partit Nazzjonalista, ma humiex jaqblu mal-mod ta’ kif dawn iz-zidiet gew imposta fuq il-poplu Malti.
Il-Gvern ma setax ghazel zmien ghar min dak tal-lum sabiex idahhal it-tariffi tad-dawl u l-ilma. Fejn minflok juza l-fatt li l-krizi finanzjarja dinjija ma laqtitx lil Malta bhal pajjizi ohra, bhala vantagg, il-Gvern qed johloq krizi hu stess billi jitfa dan il-piz enormi fuq il-familji u n-negozji. Gvernijiet ohra Ewropej b’aktar ghaqal, qeghdin jintervjenu huma sabiex inehhu l-pizijiet min fuq il-popli rispettivi taghhom u jincentivaw l-ekonomija. Dawn iz-zidiet, li dahlu bis-sehh lura mill-1 ta’ Ottubru, ifissru li ahna bhala konsumaturi konnha qeghdin nikkonsmaw minghajr ma nafu kemm huma l-ispejjez.
Bhala zghazugh ma nistax ma nikkritikax dawn it-tariffi mposti, ghal tlett ragunijiet ewlenin. L-ewwel raguni hi li zghazagh li ghadom jibdew il-hajja, u li ma ghandom xejn imfaddal, diga ma jistghux ilehqu mal-gholi tal-hajja sfrenat, ahseb u ara kemm jistghu ilehqu ma’ dawn iz-zidiet drastici. It-tieni raguni hi li hafna zghazagh ghandhom loans mal-banek, fuq xi karozza jew dar, li b’hekk diga ghandom bicca essenzjali mid-dhul taghhom li qed jigi mhallas sabiex jithallsu dawn il-loans. Biz-zidiet tad-dawl u l-ilma il-flus f’idejn dawn iz-zghazagh ha jkomplu jonqsu u b’hekk ha jkun hemm impatt negattiv hafna fuq il-kwalita tal-hajja ta’ dawn iz-zghazagh u l-familji taghhom. Dawn iz-zidiet qeghdin jaffetwaw ukoll lil min ihaddem. L-ewwel metodu li jigieh f’mohhu min ihaddem, sabiex inaqqas l-ispejjez ikun li jkecci l-haddiema. Dawn il-haddiema li jisfaw imkeccijin min fuq il-post tax-xoghol, ikunu normalment dawk li gew impjegati l-iktar ricenti,u li allura f’hafna kazijiet ikunu zghazagh.
Mizura fil-budget anti-socjali li ha tolqot hazin, mhux liz-zghazagh biss, izda lil kulhadd hija dik tar-revizjoni tat-taxxa fuq il-karozzi. Dawk li jifilhu l-anqas u b’hekk ma jkunux jaffordjaw jixtru karozza gdida, ha jkollhom ihallsu pagament tal-licenzja akbar min dawk li jifilhu jixtru karozza gdida. Kif ukoll, dawk li importaw xi karozza 2nd hand min pajjiz fl-Unjoni Ewropeja, u hallsu it-taxxa illegali tar-registrazzjoni, xorta ha jkunu qed ihallsu pagamenti akbar fuq il-licenzja tal-karozza taghhom.
Fl-ahhar budget ghola wkoll il-prezz tal-fuel. Dan ukoll huwa ta impatt negattiv kemm fuq il-familji u kemm fuq il-kumpaniji li ma jistghux jghaddu minghajr ma jikkunsmaw fuel. Wiehed ma jistax ma jinnotax kif, fejn il-prezz tal-fuel f’pajjizi Ewropej huwa dejjem niezel, f’Malta l-prezz qed ikompli jghola. Il-poplu ma jistax jifhem kif, skond stharrig ta’ gazzetta lokali, il-fuel f’Malta huwa l-aktar gholi fl-Ewropa. Gvern li jiehu decizjonijiet bilghaqal zgur ma kienx ihalli dawn il-prezzijiet jisparaw il-fuq.
Nghaddi issa sabiex nitkellem fuq is-sitwazzjoni tal-istudenti. F’pajjiz bhal Malta, fejn l-ikbar rizorz tieghu huwa dak uman, ma nistghux naffordjaw li in-numru ta’ studenti, li wara li jiggradwaw mill-Universita ta’ Malta jew xi istituzjoni edukattiva ohra, jitilqu jahdmu barra. Dan jghamluh ghal zewg ragunijiet principali. L-ewwel raguni hi li hawn cirkostanzi fejn dawn l-istudenti ma jsibux xoghol fil-qasam li huma ikunu b’tant sagrificji, studjaw ghalieh. It-tieni raguni principali tkun, li l-pagi f’Malta huma wisq baxxi meta jigu ikkumparati ma’ pajjizi ohra Ewropej. F’Malta ghandna pagi baxxi wisq ghal certu xoghlijiet, specjalment meta tikkumpara dan mal-gholi tal-hajja. Ma jistax ikun li dan il-pajjiz ikompli jitlef l-ahjar elementi tieghu.
Ma nistax ma nsemmix is-sitwazzjoni dizaztruza tat-trasport li tezizti fl-Universita. Ghandna servizz ta’ trasport publiku, li hekk kif sejjahlu l-Gvern stess,’ tal-qamel’, filwaqt li imbaghd ma hemmx parkegg adekwat li kapaci jiflah ghal dak in-numru ta’ studenti Universitarji li jkollhom juzaw il-karozza privata taghhom, propju ghaliex is-sistema ta’ trasport publiku hija falluta.
Qabel dan il-budget dan il-Gvern ta’ x jifhem li kellu jkun ‘green budget’, li tfisser li kellu jkun budget li jhares l-ewwel u qabel kollox li jipromovi u jaqdi l-bzonnijiet ambjentali ta’ pajjizna. Pero, hlief l-eco tax, il-bozoz energy saving b’xejn u l-incentivi fuq ix-xiri tar-roti, ma ssemmew l-ebda mizuri ohra ambjentali.
Ghalkemm li tipromovi ix-xiri u l-uzu tar-roti huwa tajjeb, wiehed ma jistax ma jsaqsix, hawn fejn issuqa r-rota f’Malta? Il-bike lanes huma qosra wisq u ma humiex kontinwi. Hawn ukoll nuqqas ta’ edukazjoni fuq l-uzu ta’ dawn il-bikelanes, li hafna minnhom jispiccaw jintuzaw bhala parkegg mis-sewwieqa tal-karozzi, b’periklu ghal sahhet is-sewwieqa tar-roti.
F’dan il-budget gew allokati 500,000 ewro biss, sabiex il-famiilji jigu incentivati jixtru sistemi ta’ Ä‹elloli fotovoltajÄ‹i b’massimu ta’ 3000 ewro kull applikant. Dan ikun ifisser 200 applikant biss jistghu jibbenefikaw min din l-inizjattiva. Ghalhekk min hawn qieghed nappella lill-Gvern sabiex izid dan l-ammont, jekk vera irid li nibzghu aktar ghall-ambjent Malti.
Niproponi li ssir kampanja nazzjonali edukattiva sabiex nghallmu lin-nies x’mizuri ghandom jiehdu sabiex wiehed jibza ghall-ambjent. Ghalkemm fil-budget tissema c-cifra ta’ 200,000 ewro, l-istess din hija ftit wisq, meta wiehed jikkunsidra kemm hu importanti l-ambejnt fil-hajja taghna ta’ kuljum.
Ghanda ssir ukoll, riforma shiha, li tbiddel is-sistema tat-trasport publiku f’wahda efficjenti. Is-sistema prezenti tat-trasport publiku, ma tghinx biex jintaqqas l-uzu esagerat ta’ karozzi privati fit-toroq Maltin. B’aktar nies juzaw it-trasport publiku nifrankaw hafna tniggiz fl-arja kif ukoll jghin sabiex ikun hawn inqas kongestjonijiet fit-toroq, specjalment fil-hinijiet ta’ filghodu.
Wasal iz-zmien li l-Gvern inaqqas min din l-arroganza kollha u jibda jisma min dawk kollha li jixtiequ l-gid lil Malta. L-imsiehba socjali qeghdin hemm sabiex jigu ikkonsultati u mhux biex isahnu is-siggu. Ghalhekk il-messagg tieghi lill-Gvern min hawn huwa wiehed: Iz-zmien li tfattar wahdek issa spicca. Rajna wisq tbazwir ta’ decizjonijiet fl-ahhar ftit xhur, li minnhom Malta ftit rat f’daqshekk ftit zmien. Ghalhekk, din id-darba ikkonsulta bis-serjeta sabiex forsi nohorgu min din it-triq dejqa li dhalna fiha.
Byroncamilleri@gmail.com
No comments:
Post a Comment