Monday, December 29, 2008

Sena Universitarja gdida... Problemi Qodma - L-orizzont 10/10/08

Sena Universitarja Gdida... Problemi Qodma
Minn Byron Camilleri


Ottubru reggha maghna u mieghu tiftah is-sena skolastika gdida fl-Universita ta’ Malta. Sena skolastika li ghall-eluf ta’ studenti Universitarji tfisser sena ta’ hidma kontinwa bil-hsieb li xi darba jkollom xoghol u hajja hekk kif dejjem holmu u xtaqu. Pero dan il-ftuh ta’ din is-sena li issa ilu kwazi hmistax li ghadda, kien imtappan b’inkonvenjenzi kbar ghall-istudenti li zgur ma jghinx ghal hajja Universitarja ahajr.
L-Istrike


Is-sena l-ohra kien hemm l-istrike tal-haddiema administrattivi, din is-sena l-istrike tal-lecturers. Kulhadd ghandu dritt jistrikja la darba jimxi mal-ligi u ghalhekk bl-ebda mod ma rrid naghti xi tort mill-MUT. Biss kien hemm bzonn li l-partijiet koncernati ikaxkru saqajhom sa’ Ottubru? Specjalment meta issa nafu li ilhom zmien twil jinnegozjaw. Jew il-Gvern qed jiprova jpingi lill-ghalliema koroh mal-poplu minhabba l-istrike biex b’hekk ikollu iktar sahha fin-negozjati?


M’ghandniex xi nghidu, dak li jbati huwa dejjem l-istudent. Il-bicca kompliet issir aktar ta’ inkonvenjent ghall-istudent,i meta ma kienux il-lecturers kollha li hadu sehem fl-istrike. Ftit kienu jafu jekk il-lecturers taghhom humiex fulltajm jew parttajm u kienu bosta dawk li spiccaw telghu l-Universita ghalxejn.

Il-Parkegg


Is-sena l-ohra dan is-suggett kien fuq il-media kollha, din is-sena qishom draw li l-istudent ghandu jaqla fuq wiccu. Il-problema mhux talli wara sena ma taffietx, izda kibret. Il-parkegg riservat ghall-istudenti baqa dak li kien, filwaqt li n-numru ta’ studenti li jattendu l-Universita kiber. Ma tridx tkun Enstein biex tifhem li l-persentagg li tkun furtunat u ssib parkegg specjalment fil-hinijiet ta’ filghodu naqas u mhux zdied. Qeghdin nisimghu b’kazi fejn hemm min jghamel nofs sija jdur u wara li jirrejalizza li m’ghadx fadal hin biex wara li jsib parkegg jattendi l-lezzjoni, jdawwar denbu lura lejn id-dar. Mhux talli ma ssibx gol-Universita talli laqqas fl-inhawi vicin ma ssib.

Is-soluzzjoni m’hijiex li toqghod tiklempja lill-istudenti biex taqla xi haga tal-flus min fuqhom izda jigi ipprovdut parkegg sura ta’ nies jew almenu jitnaqsu dawk il-kaxxi bojod u sofor riservati ghall-lecturers u haddiema administrattivi li jghamlu gurnata shiha vojta, bhal nghidu ahna fil-parkegg ta’ Gateway. Soluzjoni ohra tista tkun li jizdied il-parkegg mar-ring road fejn kull ma hemm bzonn hu li jitwaqqghu xi cnut qosra u l-istudenti jibdew jipparkjaw b’mod vertikali flok horrizontali biex fejn kienet toqghod karozza wahda... issa joqghodu tnejn.

Facli tghida. L-istudenti x’jghambuha karozza privata? Ma jsitghux juzaw it-trasport pubbliku? Lil min jistaqsi dawn il-mistoqsijiet kull ma nghidlu hu li jghamel certu zmien juza it-trasport publiku kuljum, lejn u lura mill-Universita, u wara jerga jsaqsi l-istess zewg mistoqsijiet. Wara kollox, anka l-gvern stess ammetta li s-servizz huwa tal-biki u li hemm bzonn azzjoni urgenti.
L-isptar


Minbarra li jekk student juza it-trasport pubbliku, gieli jkun il-kaz li tal-linja tkun mimlija bil-passiggieri li d-destinazjoni taghhom ikun l-isptar Mater Dei u mhux l-Universita u ma jirnexxilux isib post. Problema ohra li fl-opinjoni tieghi hija ikbar, hu l-fatt li min ikun ghaddej waqt xi lezzjoni fil-bini maghruf bhala ‘Gateway’, ikollu jisma hoss ta’ sirena ta’ ambulanza kull hames minuti li anka bniedem li mhu qed jghamel xejn tqabdu ugieh ta’ ras, ahseb u ara student li qed jiprova jifhem dak li jkun qed igedwed l-ghalliem.
Il-Librerija


Le. Fl-Universita mhux kollox sejjer ghall-ghar izda hemm affarjiet li wara dan is-Sajf, il-kambjament ghall-ahjar kien ovvju. Post li huwa vera importanti li ma tistax ma tinnutax il-kambjament ghall-ahjar, ghalkemm ghadom ghaddejin b’xi kostruzzjoni huwa il-librerija. Tiswijiet u xoghlijiet li qed ibiddlu l-librerija f’wahda moderna, hekk kif jixraq lill-Universita ta’ Malta, l-ghola istituzjoni edukattiva fil-pajjiz.

byroncamilleri@gmail.com

No comments: