Monday, December 29, 2008

Statistika Xokkanti dwar il-Junior Lyceum


Statistika Xokkanti dwar il-Junior Lyceum
Minn Byron Camilleri



Statistika ricenti dwar il-progress tat-tfal fl-ezamijiet tal-Junior Lyceum din is-sena, uriet bic-car kemm is-sistema edukattiva taghna ma hijiex tilhaq l-ambizzjonijiet ahhara taghha. Hamsa u erbghin fil-mija tal-istudenti eligibili ma jpoggux ghal dan l-ezami jew inkella ma jghaddux.

Statistika li tohrog bic-car id-differenzi kbar ta’ rizultati milhuqa bejn studenti li jattendu skola tal-gvern u dawk li jattendu tal-privat, ta’ l-ahhar b’cans hafna ikbar li jattjenu rizultati hafna ahjar min dawk li jattendu skola tal-gvern, b’cans ikbar li jghaddu. Anka f’dawk li jiddeciedu li ma jpoggux ghal dawn l-ezamijiet hemm differenzi kbar. Dawk li jiddeciedu li ma jpoggux ghal dan l-ezami li jattendu skejjel privati ikunu hamsa fil mija, filwaqt li min dawk li jattendu skejjel tal-istat, ikunu d-doppju, kwazi ghaxra fil-mija. Hawnekk johrog car in-nuqqas ta’ interess ikbar min dawk li jattendu l-iskejjel tal-istat.

Meta thares lejn dawk l-istudenti li ma jghaddux min dawn l-ezamijiet, ix-xokk huwa ikbar, specjalment meta tikkumpara dawk li jattendu skejjel tal-istat ma dawk li jattendu skejjel tal-privat. In-numru ta’ studenti li ma jghaddux min dawn l-ezamijeit u jattendu l-iskejjel tal-istat huma tlieta u erbghin fil-mija filwaqt li min dawk li jattendu skejjel tal-privat, tmientax fil-mija biss ma ghaddewx. Dan ifisser li ghal kull student jew studenta li jattendu skola tal-privat u ma jghaddux, ikun hemm tnejn punt erbgha studenti li ma jghaddux min skejjel tal-istat. Statistiki xokkanti, meta tikkunsidra d-distakk kbir li jezizti.

Pero statistika iktar xokkanti hija meta thares lejn ir-rizultati milhuqa f’kull lokalita. Studenti li jattendu skejjel fin-naha ta’ fuq ta’ Malta u kif ukoll Ghawdex, imorru hafna ahjar min dawk li jattendu l-iskejjel tal-Cottonera u tan-nofsinhar ta’ Malta. Fil-Cottonera min mija tlieta u tletin student ellegibli ghal dawn l-ezamijiet kienu biss tmienja u tletin li ghamluhom b’successs, hamsa u ghoxrin minhhom ikunu mill-iskola tal-Kalkara. Fil-belt ta’ Bormla, l-ebda student ma jirnexxielu jghamel b’success dawn l-ezamijiet mit-tnejn u tletin ellegibli u sbatax li poggew ghal dawn l-ezamijiet. Possibli li l-ebda student f’din l-iskola ma huwa kapaci jghaddi min dawn l-ezamijiet? Jew is-sistema edukattiva taghna qeda twarrab u ma tantx taghti kaz lil dawn l-istudenti, li sena wara sena johrog bic-car li ghandom bzonn ta’ aktar ghajnuna mill-ohrajn?

Veru li ghandna sistema ta’ edukazjoni b’xejn ghal kulhadd, izda kemm hi tajba din is-sistema ta’ edukazjoni? Ghalfejn ir-rizultati milhuqa mill-iskejjel tal-istat huma hafna ghar min dawk l-iskejjel tal-privat, u ghalfejn l-istudenti li gejjin min-naha ta’ fuq ta’ Malta ghandom cans akbar li jghaddu min dawk li gejjin min-nofsinhar ta’Malta? Ha nhallu f’posta sistema falluta bhal din halli nkunu nistghu nghidu li ghandna sistema b’xejn ghal kulhadd jew nipruvaw intejbu s-sistema li johrog bic-car li ghanda bzonn riforma li taqleb kollox ta’ taht fuq? Ilhom isiru rapporti u diskussjonijiet ghal ma nafx kemm tul taz-zmien, biss zgur li issa wasal il-waqt li mill-paroli nghaddu ghall-fatti.

No comments: