Monday, December 29, 2008

Il-pagi u kundizzjonijiet tax-xoghol ta’ l-immigranti llegali.

Il-pagi u kundizzjonijiet tax-xoghol ta’ l-immigranti llegali.

L-orizzont 30/08/07

Byron Camilleri – Ufficjal Relazzjonijiet Pubblici – GWU Youths

Ihallu kollox warajhom, dar, familja, hbieb, jonfqu gidom kollu biex jaqbdu vjagg fuq dghajsa biex jipruvaw itejbu hajjitom. Ghal hafna dan il-vjagg ikun fatali, ohrajn jamluha sax-xatt li mhux bilfors kien fejn xtaqu jmorru huma. Il-maggoranza ta’ dawn l-immigranti llegali ma tkunx l-intenzjoni taghhom li jigu f’pajjizna, biss l-aqwa li almenu waslu hajjin. Meta jaslu f’pajjizna l-ewwel ma jippruvaw ikun li jergghu jibdew jibnu hajjitom mil-gdid, u dan billi jsibu xoghol.

Bla flus u bla post adekwat fejn toqghod hija haga ovja, li taccetta kull bicca xoghol li tigi taht idejk, u ma jimpurtax li qed taqla inqas min shabek ta’ fuq ix-xoghol, ghax l-aqwa li qed taqla xi haga. Il-kazijiet li smajna bihom dan l-ahhar huma xokkanti. L-artiklu ta’ Victor Vella ta’ nhar il-Hadd fuq It-Torca wera il-hajja kiefra li qed jghaddu minnha dawn in-nies. Immigranta taqla 80 centezmu fis-siegha, iehor jithallas bit-tunnaggi u iehor bis-sigaretti ta’ bla dazju. Smajt wkoll b’xi immigranti li ihadmuhom legalment u jithalsu daqs gurnata ta’ tmien sieghat ta xi hadd Malti, biss imbaghad jaghmlu siegha jew saghtejn iktar bhala sahra li minflok jithalsu iktar min-normal tal-hidma taghhom bhal ma titlob il-ligi, ma jithallsu xejn. Daqs li kieku biex jghidu grazzi lil min haddimom.

Li tisma b’dawn l-affarijiet f’pajjiz civilizzat bhal taghna, hija xi haga li zgur ghanda biex thamrila wiccna. Fejn qatt konna nobsru qabel ma giet il-problema tal-immigrazzjoni llegali fuqna, li Malti ghandu gazz jitratta bniedem iehor bhalu daqs annimal? Anzi niftahru li ahna wiehed mill-iktar popli ‘friendly’ tad-dinja.


L-immigranti llegali u l-haddiema Maltin

Biss dan l-attegjament tal-immigranti llegali li jaccetaw pagi baxxi u kundizzjoniiet hziena qieghda wkoll tolqot hazin lill-haddiema Maltin. F’certu setturi ta’ xoghol fejn min jimpjega ghandu l-ghazla jekk jimpjegax immigrant illegali jew haddiem Malti, din qed tolqot hazin lill-Maltin. Haddiem Malti zgur li mhux se jaccetta kundizzjonijiet hziena wara li missirijietna tant hadmu biex akkwistaw kundizzjonijiet xierqa, u zgur u aktar li mhux se jaccetta xi paga mizera bhal tmenin centezmu fis-siegha, meta l-hajja dejjem qieghda toghla, bl-ispejjez dejjem jizdiedu. Haddiem Malti irid ihallas fejn joqghod, x’jiekol u taxxa li haddiem immigrant irregolari li jithaddem bla ktieb, ma jridx ihallas. Dan qed iwassal biex il-pagi tal-haddiema Maltin qed jibqghu b’rati minimi, minflok jizdiedu bhall-gholi tal-hajja.

Min kitbieti ma rridx nesprimi l-ideja li haddiem immigrant illegali m’ghandux jithaddem, anzi bil-kontra. Dawn ghandom jithadmu u ma jkunx hemm preferenzi fl-ghazla bejn haddiema Maltin u dawk immigranti, u it-tnejn ghandom ikunu offruti l-istess hlas u kundizzjonijiet fix-xoghol taghhom.

Byron Camilleri
byrinu@gmail.com

No comments: