Ikxifli Saqajk, please!
Minn Byron Camilleri
L-orizzont 18/12/2008
Ma kontx naf jekk kellix nibki jew inkella nidhaq x’hin nhar il-Hadd fuq il-media dehret l-ahbar li fil-gazzetta tal-Gvern tal-11 ta’ Novembru 2008, deher l-avviz legali 280 ghas-sena 2008, li ma jghatiex permess lill-avukati nisa jilbsu qalziet fil-Qrati Maltin.
Skond l-avviz legali “L-avukati nisa li jidhru quddiem l-imsemmija qrati ghandhom jilbsu lbiesi ta’ lewn iswed jew ta’ lewn ikhal jew griz skur, jew blous abjad u dublett iswed u dejjem taht toga sewda.” Ghalkemm skond stqarrija tal-Ministeru tal-Guztizzja, din il-ligi diga giet emendata b’zewg avvizi legali ohra. Dawn huma l-avvizi legali 332 u 333 ghas-sena 2008. Madanakollu, xorta jibqa l-fatt li f’Malta ghad hawn min jiddiskrimina bejn irgiel u nisa fejn jidhol ilbes.
Ma stajtx nifhem ir-ragunament wara din it-tip ta’ ligi. Li hadd ma jiehu pjacir jidhol il-Qorti, sakemm mhux xi avukat biex jaqla lira, huwa fatt. Forsi jridu jbidlu l-‘image’ tal-Qrati u jghamluhom aktar post ta interess biex tmur, ghedt bejni u bejn ruhi. Pero is-‘sexy image’ tal-Qorti ma damietx wisq ghax il-ligi giet emendata b’zewg avvizi legali ohra.
L-NCPE ma jarawiex diskriminatorja
Ikkuntatjati min gazzetta bl-Ingliz, Sina Bugeja mill-NCPE, il-Kummisjoni ghall-Ugwaljanza qalet li ma tarax dan l-avviz legali bhala wiehed diskriminatorju, pero zgur jidhol “f’dettal eccesiv”. Skond is-sit tal-Kummisjoni ghall-Ugwaljanza, li ma toffrix sistema bil-Malti u b’hekk diga qed tiddiskrimina bejn dawk li ma jifhmux l-Ingliz u bejn dawk li jifhmu, il-Kummisjoni tahdem sabiex, u nikkwota bl-Ingliz, “to ensure that Maltese society is a society free from any form of discrimination based on: (i) sex / gender and family responsibilities in employment”.
Ghalhekk, meta skond is-sit tal-internet tal-Kummisjoni, huma jahdmu sabiex ma tkunx ittolerata diskriminazjoni fis-socjeta fuq bazi ta’ sess, kont nistenna li l-Kummisjoni tkun min ta’ quddiem biex tohrog tikkritika din il-ligi gdida. Pero meta gew ikkuntatjati, ir-risposta kienet biss li ghadhom ma ddiskutewx il-punt!
La qeghdin nitkellmu fuq ugwaljanza, f’Malta hawn ugwaljanza bejn is-sessi? Fl-opinjoni tieghi meta tikkumpara s-sitwazjoni hawn Malta ma pajjizi ohra Ewropej, ghadna lura mhux ftit. Ghalkemm normalement l-aktar li jsemmu lehinhom dwar l-ugwaljanza huma n-nisa, nahseb li wasalna fi stat fejn l-irgiel ghandom iqajmu daqxejn rixhom u jiggieldu ghad-drittijiet taghhom ukoll. Kemm tara nisa jahdmu f’hekk imsejha ‘odd jobs’? Nghid ghalija jien, f’Malta qatt ma rajt mara li x-xoghol taghha huwa li tigbor l-iskart bl-‘iscammel’, pero f’pajjizi ohra Ewopej gieli rajt. Qatt ma rajt mara tahdem fuq xi sit ta’ kostruzzjoni, tissogra hajjita biex taqla l-ghixien ghal familja. Min statistika ricenti kien hareg car ukoll, li huma vera ftit l-irgiel li jiehdu il-‘parental leave’.
Ghalkhekk, fejn tidhol ugwaljanza nahseb li ghadna lura mhux ftit u fadlilna hafna u hafna x’naqdfu sabiex xi darba jirnexxilna nkunu imqar dell ta’ pajjiz Ewropej.
byroncamilleri@gmail.com
Minn Byron Camilleri
L-orizzont 18/12/2008
Ma kontx naf jekk kellix nibki jew inkella nidhaq x’hin nhar il-Hadd fuq il-media dehret l-ahbar li fil-gazzetta tal-Gvern tal-11 ta’ Novembru 2008, deher l-avviz legali 280 ghas-sena 2008, li ma jghatiex permess lill-avukati nisa jilbsu qalziet fil-Qrati Maltin.
Skond l-avviz legali “L-avukati nisa li jidhru quddiem l-imsemmija qrati ghandhom jilbsu lbiesi ta’ lewn iswed jew ta’ lewn ikhal jew griz skur, jew blous abjad u dublett iswed u dejjem taht toga sewda.” Ghalkemm skond stqarrija tal-Ministeru tal-Guztizzja, din il-ligi diga giet emendata b’zewg avvizi legali ohra. Dawn huma l-avvizi legali 332 u 333 ghas-sena 2008. Madanakollu, xorta jibqa l-fatt li f’Malta ghad hawn min jiddiskrimina bejn irgiel u nisa fejn jidhol ilbes.
Ma stajtx nifhem ir-ragunament wara din it-tip ta’ ligi. Li hadd ma jiehu pjacir jidhol il-Qorti, sakemm mhux xi avukat biex jaqla lira, huwa fatt. Forsi jridu jbidlu l-‘image’ tal-Qrati u jghamluhom aktar post ta interess biex tmur, ghedt bejni u bejn ruhi. Pero is-‘sexy image’ tal-Qorti ma damietx wisq ghax il-ligi giet emendata b’zewg avvizi legali ohra.L-NCPE ma jarawiex diskriminatorja
Ikkuntatjati min gazzetta bl-Ingliz, Sina Bugeja mill-NCPE, il-Kummisjoni ghall-Ugwaljanza qalet li ma tarax dan l-avviz legali bhala wiehed diskriminatorju, pero zgur jidhol “f’dettal eccesiv”. Skond is-sit tal-Kummisjoni ghall-Ugwaljanza, li ma toffrix sistema bil-Malti u b’hekk diga qed tiddiskrimina bejn dawk li ma jifhmux l-Ingliz u bejn dawk li jifhmu, il-Kummisjoni tahdem sabiex, u nikkwota bl-Ingliz, “to ensure that Maltese society is a society free from any form of discrimination based on: (i) sex / gender and family responsibilities in employment”.
Ghalhekk, meta skond is-sit tal-internet tal-Kummisjoni, huma jahdmu sabiex ma tkunx ittolerata diskriminazjoni fis-socjeta fuq bazi ta’ sess, kont nistenna li l-Kummisjoni tkun min ta’ quddiem biex tohrog tikkritika din il-ligi gdida. Pero meta gew ikkuntatjati, ir-risposta kienet biss li ghadhom ma ddiskutewx il-punt!
La qeghdin nitkellmu fuq ugwaljanza, f’Malta hawn ugwaljanza bejn is-sessi? Fl-opinjoni tieghi meta tikkumpara s-sitwazjoni hawn Malta ma pajjizi ohra Ewropej, ghadna lura mhux ftit. Ghalkemm normalement l-aktar li jsemmu lehinhom dwar l-ugwaljanza huma n-nisa, nahseb li wasalna fi stat fejn l-irgiel ghandom iqajmu daqxejn rixhom u jiggieldu ghad-drittijiet taghhom ukoll. Kemm tara nisa jahdmu f’hekk imsejha ‘odd jobs’? Nghid ghalija jien, f’Malta qatt ma rajt mara li x-xoghol taghha huwa li tigbor l-iskart bl-‘iscammel’, pero f’pajjizi ohra Ewopej gieli rajt. Qatt ma rajt mara tahdem fuq xi sit ta’ kostruzzjoni, tissogra hajjita biex taqla l-ghixien ghal familja. Min statistika ricenti kien hareg car ukoll, li huma vera ftit l-irgiel li jiehdu il-‘parental leave’.
Ghalkhekk, fejn tidhol ugwaljanza nahseb li ghadna lura mhux ftit u fadlilna hafna u hafna x’naqdfu sabiex xi darba jirnexxilna nkunu imqar dell ta’ pajjiz Ewropej.
byroncamilleri@gmail.com
1 comment:
L-Orizzont - L-Erbgħa 24 ta" Diċembru 2008
Diskriminazzjoni kontra avukati nisa
minn Aldo Busuttil, Uffiçjal tal-Komunikazzjoni, Kummissjoni Nazzjonali gœall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE)
Sur Editur,
Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) tixtieq tikkjarifika xi punti fuq l-artiklu "Ikxifli saqajk please!" miktub minn Byron Camilleri li deher fit-18 ta’ Diċembru 2008 f’l-orizzont.
Il-messaġġ prinċipali kkomunikat lill-ġurnalisti mid-direttur eżekuttiv tal-NCPE, joħroġ il-punt li l-inklużjoni tal-paragrafu (Art. 25 – A.L. 279 tal-2008) huwa riflessjoni tal-mentalità kulturali fejn l-istereotipi huma mħaddna. Għall-NCPE, huwa aktar inkwetanti l-fatt li fid-dokument imsemmi jitkellem fuq “avukati” u “avukati nisa”. Fil-ħajja professjonali l-ġeneru tal-individwu huwa rrilevanti.
L-NCPE qed taħdem fuq sit elettroniku ġdid fejn l-informazzjoni se tkun ippreżentata kemm bl-Ingliż kif ukoll bil-Malti.
Post a Comment